In-numru ta’ immigranti li waslu fuq il-kosta Taljana f’Ottubru laħaq is-27, 500. Dan huwa livell rekord hekk kif in-numru rdoppja mix-xahar ta’ Settembru. Ħafna mill-immigranti huma min-Niġerja u l-Eritrea. Fl-2016 waslu l-Italja 159, 500 immigrant, 30% aktar mill-2015.

Fil-Lvant tal-Mediterran fl-istess xahar waslu 3, 100 ruħ fuq il-gżejjer Griegi. Mill-bidu tas-sena ’l hawn waslu 170, 000 immigrant li kważi kollha daħlu l-Greċja bejn Jannar u Marzu, qabel il-ftehim mat-Turkija. Ħafna minn dawn l-immigranti ġew mis-Sirja, l-Iraq u l-Afganistan.

Filwaqt li l-Greċja u l-Italja mifnija bil-wasliet, il-Ministri tal-Intern tal-pajjiżi membri ma qablux fuq riforma meħtieġa fit-trattat ta’ Dublin li jirregola r-responsabbiltajiet tal-pajjiżi dwar l-ażil. Bħalissa l-pajjiżi qed jopponu l-idea tal-Kummissjoni li f’kas ta’ emerġenza u wasliet kbar ta’ immigranti, jiskatta l-mekkaniżmu ta’ rilokazzjoni b’mod awtomatiku li jqassam l-immigranti fil-pajjiżi membri kollha.

Xi stati membri ma jaqblux mal-Presidenza Slovakka li tixtieq li l-pajjiżi jkollhom metodi oħra ta’ kif juru s-solidarjeta` pereżempju billi jikkontribwixxu finanzjarjament għall-immigranti.   Il-Ministru Malti tal-Intern Carmelo Abela qal li minflok solidarjeta` flessibbli hemm bżonn ta’ solidarjeta` effettiva b’mod permanenti.

 

QED IBERRAQ BEJN L-UE U T-TURKIJA

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tork Omer Celik ħabbar li pajjiżu mhu se jaċċetta xejn anqas milli jkun membru sħiħ tal-UE. Dan ...
Read More

SFIDI ĠODDA GĦAL MALTA

L-iżviluppi fl-Ewropa fis-sentejn u nofs li ġejjin se jkunu qed joffru sfidi ġodda għal Malta li rridu noqogħdu attenti minnhom ...
Read More

JUNCKER: TRUMP MA JAFX KIF TAĦDEM L-EWROPA

Jean Claude Juncker qed jaħseb li bil-wasla ta’ Trump fil-White House, in-negozjati għal ftehim ta’ kummerċ u investiment bejn l-UE ...
Read More

NUMRU REKORD TA’ IMMIGRANTI FUQ IX-XTUT TALJANI

In-numru ta’ immigranti li waslu fuq il-kosta Taljana f’Ottubru laħaq is-27, 500. Dan huwa livell rekord hekk kif in-numru rdoppja ...
Read More

ŻBALL LI L-UE TINFIREX LEJN ĦIDMIET MILITARI

Hu żball li l-Unjoni Ewropea tipprova tafferma l-għaqda tagħha billi tinfirex lejn ħidmiet militari. Dan qalu Alfred Sant fil-Parlament Ewropew meta ta ...
Read More

IL-PRESIDENT TUNEŻIN FI BRUSSELL

Il-President Tuneżin Beji Caid Essebsi beda żjara fi Brussell. L-UE qed tgħid li lesta tgħin lit-Tuneżija u pajjiżi ġirien tal-Mediterran ...
Read More

IR-REGOLI TAŻ-ŻONA EWRO GĦANDHOM IKUNU RIVEDUTI

L-Ewropa għandha bżonn tagħraf li, indipendentement mill-Brexit u Trump, ir-regoli dwar l-investiment, ir-riformi strutturali u l-konsolidament fiskali jkunu riveduti. Fil-Parlament ...
Read More

KONTROLLI FUQ IL-QBID TAL-PIXXISPAD

Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tal-Ħut (ICCAT) qablet fuq pjan ta’ 15-il sena biex tipproteġi l-pixxispad. Il-Kummissjoni Ewropea qablet ukoll ma’ dan ...
Read More

ANQAS ŻEBBUĠ FL-EWROPA

Il-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa għas-sena 2016-2017 se tonqos b’10% fl-Ewropa kollha, l-aktar minħabba kundizzjonijiet klimatiċi kif ukoll minħabba attakki ta’ mard ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment