Franza laqgħet numru rekord ta’ 100,000 applikazzjoni għall-ażil fl-2017. Franza qed taffaċċja influss ta’ immigranti b’mod regolari iżda xorta għadha ’l bogħod miċ-ċifri fenomenali li laqgħet il-Ġermanja fl-2015. Bħalissa l-gvern Franċiż qed iħejji liġi dwar l-immigrazzjoni li qed tqanqal dibattiti sħan ħafna.

“Dan huwa livell storiku,” qal Pascal Brice, Direttur Ġenerali ta’ Ofpra, l-Uffiċċju Franċiż għall-protezzjoni tar-Refuġjati u Persuni mingħajr Stat. Fl-1981, l-ibgħad sena li għaliha l-Ofpra ppubblikat l-informazzjoni kien hemm inqas minn 20,000 applikazzjoni.

L-Abbozz ta’ liġi dwar l-ażil u l-immigrazzjoni, imħejji mill-Ministru tal-Intern Gérard Collomb, għandu jiġi ppreżentat fi Frar fil-Kunsill tal-Ministri u warajh mistenni proċess ta’ konsultazzjoni minħabba diverġenzi fl-opinjonijiet.

L-applikazzjonijiet għall-ażil is-sena l-oħra żdiedu bi 17%, u laħqu total ta’ 100,412, wara żieda ta’ 6.5% fl-2016. Żieda kostanti anki jekk l-influss mhux kbir b’mod eżaġerat. Franza hija fost dawk il-pajjiżi li jilqgħu l-aktar applikazzjonijiet għall-ażil, wara l-Ġermanja li din is-sena mistennija tilqa’ 200, 000 applikazzjoni. Skont ir-regola tat-trattat ta’ Dublin, l-ewwel pajjiż Ewropew li fih jinżlu l-immigranti għandu jipproċessa hu l-applikazzjonijiet għall-ażil. Gérard Collomb qal li kważi 52% tal-applikanti fi Franza jaqgħu taħt din il-proċedura ta’ Dublin. Il-Ministru tal-Intern qal li waħda mill-prijoritajiet tiegħu huwa t-trasferiment ta’ dawn l-immigranti lejn il-pajjiżi Ewropej li fihom rifsu l-ewwel. Ir-rata preżenti ta’ trasferiment bħalissa hija ta’ 10%.

TKABBIR TAL-UE FL-2025

L-UE mistennija twiegħed dħul ta’ stati membri ġodda fis-sena 2025 bil-kandidati ewlenin ikunu s-Serbja u l-Montenegro. Pajjiżi oħra tal-Balkani bħal ...
Read More

TRID TISPIĊĊA L-IPOKRESIJA DWAR IT-TURKIJA

Il-Presidenza Bulgara tal-UE fl-ewwel sitt xhur tas-sena tista’ ttejjeb ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija skont Dimiter Tzantchev, ir-rappreżentant permanenti tal-Bulgarija ...
Read More

L-ISFIDI TA’ MALTA FL-IMMANIĠJAR TAL-ISKART

Alfred Sant faħħar l-impenn tal-Gvern għall-inizjattivi li jagħtu spinta lil Malta fil-qasam tal-immaniġjar tal-iskart u qal li dan is-settur jippreżenta ...
Read More

L-UE KONTRA S-SANZJONIJIET TAL-ISTATI UNITI FUQ CUBA

L-UE wiegħdet l-appoġġ tagħha fil-proċess ta’ riformi f’Cuba, mossa li tistona mal-miżuri riċenti li ħadet l-Istati Uniti bl-għan li tiżola ...
Read More

L-ISTATI MEMBRI SE JIKKONTRIBWIXXU AKTAR MINĦABBA L-BREXIT

L-Istati Membri tal-UE għandhom jikkontribwixxu aktar flus fil-baġit Ewropew, qal il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker. Bit-tluq tar-Renju Unit mistenni ...
Read More

ARTISTI GĦAWDXIN FIL-PARLAMENT EWROPEW

Erba’ artisti kontemporanji Għawdxin se jeżebixxu erbgħa u għoxrin xogħol artistiku fil-Parlament Ewropew fi Brussell bejn is-6 u d-9 ta’ ...
Read More

NUMRU REKORD TA’ IMMIGRANTI GĦAL FRANZA

Franza laqgħet numru rekord ta’ 100,000 applikazzjoni għall-ażil fl-2017. Franza qed taffaċċja influss ta’ immigranti b’mod regolari iżda xorta għadha ...
Read More

JIBDEL IL-MINISTRI QABEL JILTAQA’ MA’ JUNCKER

Sigħat qabel laqgħa ma’ Jean Claude Juncker, Il-Prim Ministru Pollakk Mateusz Morawiecki għamel tibdil fil-kabinett f’mossa li ġiet interpreta li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment