Fl-elezzjonijiet Ewropej irridu nagħtu sinjal ċar li rridu lil pajjiżna jitmexxa bil-valuri tal-ħelsien, tas-solidarjetà, tal-ġustizzja soċjali, tal-ugwaljanza, li ħadd mhu għar-rimi. Irridu nuru li aħna poplu ħanin li għandna l-ħeġġa li naħdmu biex nagħmlu pajjiż aħjar, Ewropa aħjar, dinja aħjar.

Dan qalu Alfred Sant f’laqgħa politika fil-Montekristo Estate li għaliha attendew mijiet ta’ nies.

Alfred Sant qal li rridu naħdmu favur iż-żgħir, favur il-pensjonanti, favur is-self-employed, favur dawk li jridu jlaħħqu mal-għoli tal-ħajja u tal-kirjiet f’Malta u fl-Ewropa.

“Min jista’ jiggarantixxi dawn il-valuri? Adrian Delia jew Joseph Muscat? IL-Partit Nazzjonalista jew il-Partit Laburista? Min għandu l-ħeġġa li jsewwi dak li hu ħażin u t-tajjeb jagħmlu aħjar?” staqsa Alfred Sant.

Il-poplu Malti u Ġħawdxi jrid jagħti sinjal ċar fl-elezzjonijiet Ewropej li jrid soċjetà li tħenn għaż-żgħir, soċjetà li tieħu ħsieb il-ħaddiema, lill-bdiewa, lis-sajjieda, lil dawk kollha li jaħdmu għal rashom, lil dawk li jiddependu mill-protezzjoni soċjali.

“Din hija l-viżjoni tal-Partit Laburista. Hija viżjoni li tagħmilna kburin li ngħinu lil min jeħtieġ l-għajnuna mhux biss f’Malta iżda anke fl-Ewropa. Jekk ningħata l-fiduċja tal-poplu fl-elezzjoni li ġejja, inwiegħed li nkun impenjat biex inwettaqha.”

Alfred Sant qal li fil-ħames snin li ġejjin il-membri eletti f’isem il-Partit Laburista għandhom jaħdmu fi ħdan il-Grupp tas-Soċjal Demokratiċi biex nibnu Ewropa soċjali.

VOT LABURISTA, VOT FAVUR IŻ-ŻGĦIR

Vot lill-kandidati tal-Partit Laburista fl-elezzjonijiet ta’ nhar is-Sibt huwa vot favur iż-żgħir, favur il-valuri li aħna nemmnu fihom bħala laburisti, ...
Read More

NURU LI AĦNA POPLU ĦANIN LI RRIDU PAJJIŻ AĦJAR, EWROPA AĦJAR

Fl-elezzjonijiet Ewropej irridu nagħtu sinjal ċar li rridu lil pajjiżna jitmexxa bil-valuri tal-ħelsien, tas-solidarjetà, tal-ġustizzja soċjali, tal-ugwaljanza, li ħadd mhu għar-rimi. Irridu nuru li ...
Read More

FAVUR IL-VALURI, L-INTERESSI U L-BŻONNIJIET TA’ GĦAWDEX FL-EWROPA

Il-vuċi ta’ gżejjer żgħar għandu jkollha l-post tagħha fl-UE biex fil-ħames snin li ġejjin jinstabu soluzzjonijiet politiċi li jersqu lejn ...
Read More

TAL-PN MUTI DWAR IL-KUMMISSARJU ĠDID EWROPEW NOMINAT MINN MALTA

Diġa` għaddew ħmistax-il ġurnata u l-Partit Nazzjonalista għadu ma weġibx għall-mistoqsija ta’ Alfred Sant jekk hux se jappoġġja n-nomina tal-Kummissarju ...
Read More

VIDEO IWASSAL GĦAL ELEZZJONI BIKRIJA FL-AWSTRIJA

Video li  juri lil mexxej tal-lemin estrem Awstrijak Heinz-Christian Strache ipartat kuntratti pubbliċi ma’ donazzjonijiet għal partit tiegħu wassal biex ...
Read More

PRIJORITA` LILL-UGWALJANZA U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI

L-Ewropa għandha bżonn qalb li tħares lill-ħaddiema, lill-uliedhom, liż-żgħażagħ, lil dawk li qed jaħdmu bil-prekarjat, lill-anzjani, lil dawk l-aktar vulnerabbli ...
Read More

L-UE TRID ISSAĦĦAĦ ID-DIFIŻA

L-UE wieġbet għall-akkużi tal-Istati Uniti li patt militari Ewropew ġdid jirriskja li jagħlaq il-kumpaniji Amerikani tal-proġetti ta' difiża tal-blokk u ...
Read More

TAL-PN JAPPOĠĠJAW LIL WEBER  BIEX TITNEĦĦA L-UNANIMITÀ DWAR TASSAZZJONI

Manfred Weber għandu l-appoġġ tal-PN biex ineħħi l-politika  ta’ unanimità fil-Kunsill Ewropew dwar il-politika ta’ tassazzjoni tal-istati membri tal-UE. Din ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment