Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini qed titfa’ pressjoni fuq il-pajjiżi tal-UE biex isibu soluzzjoni fuq il-kwistjoni tal-inżul fil-portijiet tal-immigranti/refuġjati li jinġabru permezz tal-operazzjoni ta’ salvataġġ tal-UE Eunavfor Med Sophia.
Il-mandat tal-pjan ta’ salvataġġ jiskadi fil-31 ta’ Diċembru u jkollu jieqaf jekk ma jintlaħaqx qbil. Konxja minn dan il-fatt Mogherini qalet li tal-inqas għandu jinstab ftehim temporanju.
“Fl-assenza ta’ qbil unanimu, l-operazzjoni ta’ salvataġġ ikollha tieqaf”, qalet Mogherini.
Diplomatiċi qed jgħidu li ma jistax ikun hemm trattament differenti fuq persuni li ġew salvati mill-operazzjoni Sophia u fuq dawk salvati minn bastimenti oħra. L-istess diplomatiċi jsostnu li nuqqas ta’ qbil ma jfissirx li l-missjoni tieqaf.
Diplomatiċi jgħidu li huwa possibbli li l-operazzjoni tiġi estiża għal ftit xhur oħra, u sakemm tinstab soluzzjoni tiġi applikata l-liġi tal-baħar [inżul tal-immigranti fl-aktar port viċin]. Huwa possibbli wkoll li l-missjoni tinbidel u tibda tiffoka fuq elementi differenti.” sostnew kelliema diplomatiċi.

TISSAĦĦAĦ IL-PARTNERSHIP BEJN L-IŻVIZZERA U L-UE
Read More

IL-HOUSE OF COMMONS TIDDEĊIEDI FIL-11 TA’ DIĊEMBRU
Read More

‘NO COMMENT’
Read More

PROĊEDURI KONTRA L-ITALJA
Read More

GRUEVSKI PROTETT FL-UNGERIJA
Read More

‘OPERAZZJONI SOPHIA’ FIL-PERIKLU
Read More

L-EBDA FTEHIM DWAR TAXXI GĦAS-SUQ DIĠITALI
Read More

BENEFIĊĊJI SOĊJALI GĦAR-REFUĠJATI KOLLHA
Read More
Post a comment