Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi regoli ġodda biex titwaqqaf l-importazzjoni illegali u t-traffikar ta’ oġġetti kulturali minn barra l-UE, li sikwit huma marbuta mal-finanzjament tat-terroriżmu u attivitajiet kriminali oħra. Il-Kummissjoni tixtieq issaħħaħ il-pjan ta’ azzjoni tagħha fil-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. Se twaqqaf it-traffikar ta’ oġġetti kulturali importati fl-UE li jkunu esportati illegalment mill-pajjiż tal-oriġini tal-oġġett.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Frans Timmermans qal, “Il-flus huma l-ossiġenu tal-organizzazzjoni terroristiċi bħad-Daesh. Qed nieħdu azzjoni biex naqtgħulhom is-sorsi tal-finanzjament tagħhom. Dan jinkludi l-kummerċ ta’ oġġetti kulturali għax it-terroristi jagħmlu l-flus billi jisirqu siti arkeoloġiċi. Billi ma nħallux lil dawn l-oġġetti jidħlu fl-UE, inkunu qed ngħinu biex naqtgħulhom dan is-sors ta’ finanzjament.”

Bħalissa l-UE tibbrojbixxi oġġetti mill-Iraq u s-Sirja imma għad ma hemmx qafas ġenerali fuq l-importazzjoni ta’ oġġetti kulturali. Ir-regoli attwali jistgħu xorta jservu lill-esportaturi u importaturi biex bil-profitti jiffinanzjaw attivitajiet illegali bħat-terroriżmu. Liġijiet nazzjonali differenti u ineffiċjenti juru l-ħtieġa ta’ azzjoni Ewropea f’dan il-qasam għal aktar konsistenza fil-fruntieri esterni tal-UE. Fost ir-regoli l-ġodda hemm sistema rigoruża ta’ ċertifikazzjoni li turi li l-oġġett ikun esportat b’mod legali minn terzi pajjiżi, u tinħtieġ liċenzja mill-awtoritajiet Ewropej kompetenti qabel ma jkun jista’ jiddaħħal oġġett fl-Ewropa. L-uffiċċjali tad-dwana se jkollhom il-poter iżommu l-oġġetti f’każ ta’ nuqqas ta’ dokumentazzjoni u provi ta’ dan it-tip.

Is-suq awtentiku u globali tal-arti u l-antikitajiet kellu bejgħ stmat li jlaħħaq is-€56 biljun fl-2016.  Minn din is-somma is-suq Ewropew laħħaq id-€19-il biljun ewro. Ir-regolamenti l-ġodda issa jridu jgħaddu mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

OPRI TAL-ARTI JIFFINANZJAW IT-TERRORIŻMU

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi regoli ġodda biex titwaqqaf l-importazzjoni illegali u t-traffikar ta’ oġġetti kulturali minn barra l-UE, li sikwit ...
Read More

L-IMF OTTIMISTA DWAR IT-TKABBIR FIŻ-ŻONA EWRO

Il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) huwa ottimist dwar it-tkabbir taż-Żona Ewro għas-sena 2017 u qed tbassar tkabbir ta’ 1.9% tal-Prodott Gross ...
Read More

WARA SETTEMBRU JIBDEW ID-DISKUSSJONIJIET DWAR MINISTRU TAL-FINANZI EWROPEW

Waqt laqgħa bejn il-Kunsill tal-Ministri Franċiżi u Ġermaniżi, il-Kanċilliera Angela Merkel qalet li lesta tiddiskuti il-futur tal-Għaqda Ekonomika u Monetarja ...
Read More

TRUMP IRID JINTAXXA L-AZZAR EWROPEW

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump wissa li se jintaxxa l-azzar li dieħel f’pajjiżu mill-Unjoni Ewropea u akkuża l-Unjoni li hija ...
Read More

IR-RENJU UNIT IRID ISAĦĦAĦ IL-KUMMERĊ MAL-ISTATI UNITI WARA L-BREXIT

Is-Segretarju tal-Istat Britanniku għal kummerċ internazzjonali Liam Fox bħalissa għaddej f’taħdidiet mar-Rappreżentant tal-Kummerċ tal-Istati Uniti Robert Lighthizer f’Washington dwar ftehim ...
Read More

JINTENSIFIKA D-DJALOGU MAR-RUSSJA, MINKEJJA D-DIFFERENZI

Minkejja d-differenzi, l-Unjoni Ewropea se tibqa’ fi djalogu mar-Russja u se tibqa’ tikkoopera fejn hu possibbli għal paċi u għal ...
Read More

IL-GREĊJA SSAĦĦAĦ IL-FINANZI PUBBLIĊI

Il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat lil Kunsill biex tagħlaq il-Proċeduri ta’ Defiċit Eċċessiv għal Greċja. Dan wara l-isforzi tal-aħħar snin biex il-Greċja ...
Read More

EMENDI TA’ ALFRED SANT DWAR ‘COVERED BONDS’ APPROVATI FIL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Parlament Ewropew approva riżoluzzjoni emendata minn Alfred Sant, Shadow Rapporteur f’isem S&D fuq ‘Covered Bonds’ li tressqet bħala preparazzjoni għall-miżura ...
Read More

 

 

Facebook Comments

Post a comment