“Il-Polonja, Slovakkja, Repubblika Ċeka u dalwaqt anki l-Italja” se jingħaqdu mal-Ungerija fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni. F’diskors f’għeluq il-170 anniversarju mir-Rivoluzzjoni Ungeriża, il-Prim Ministru Ungeriż Victor Orban indirizza eluf ta’ Ungeriżi dwar il-ġlieda tiegħu kontra l-immigrazzjoni li ilu jwettaq sa minn mindu ħa l-poter fl-2010.

Bl-islogan ‘L-Ungerija l-Ewwel’, Orban attakka l-Unjoni Ewropea u l-‘imperu globalista’ li minnu tagħmel parti.

“Miljuni ta’ Ewropej immexxija minn sentimenti nazzjonali huma kontra ċ-ċittadini elitisti tad-dinja u kontra dawk li bidlu lil Ewropa mingħajr ma talbu l-opinjoni taċ-ċittadini Ewropej. Ejjew nkunu kburin li aħna konna l-uniku pajjiż fl-UE li staqsa lil niesu x’jaħseb dwar l-immigrazzjoni tal-massa”, qal il-Prim Ministru Ungeriż f’referenza diretta għar-referendum li sar f’pajjiżu fl-2016 dwar il-kwoti tal-immigranti imposti mill-Kummissjoni Ewropea.

Orban attakka kontinwament lil biljunarju Amerikan ta’ oriġini Ungeriżi George Soros, akkużat minn Orban li qed jappoġġja b’mod insidjuż kandidati oħra rivali tiegħu.

Orban huwa l-favorit li jerġa’ jirbaħ l-elezzjonijiet fl-Ungerija fl-4 ta’ April.

GWERRA KUMMERĊJALI BEJN L-ISTATI UNITI U L-UE MA TOLQOTX DIRETTAMENT LIL MALTA

F’eventwalita` ta’ gwerra kummerċjali bejn l-Istati Uniti u l-UE  ma jkunx hemm effett dirett fuq Malta. Malta tintlaqat f’każ li l-"gwerra" ...
Read More

50,000 IŻLAMIST RADIKALI FL-EWROPA

Aktar minn 50,000 Iżlamist radikali u ġellieda barranin li ġew lura fuq art Ewropea qed iżidu t-tħassib ta’ aktar attentati ...
Read More

ORBAN IFITTEX L-APPOĠĠ TAL-ITALJA KONTRA L-IMMIGRAZZJONI

“Il-Polonja, Slovakkja, Repubblika Ċeka u dalwaqt anki l-Italja” se jingħaqdu mal-Ungerija fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni. F’diskors f’għeluq il-170 anniversarju mir-Rivoluzzjoni Ungeriża, ...
Read More

DOMBROVSKIS JAPPREZZA L-ISFORZI TA’ ALFRED SANT DWAR ID-DIRETTIVA TAL-ASSIGURAZZJONI

Il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea Valdis Dombrovskis esprima l-apprezzament tiegħu għall-ħidma li wettaq Alfred Sant biex tkun posposta d-Direttiva tad-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni. L-Ewroparlamentari ...
Read More

10% TAL-KAROZZI BIL-GASS SAL-2030

Produtturi ta’ karozzi li jaħdmu bil-gass naturali jgħidu li sas-sena 2030 se jkollhom 10% tas-suq Ewropew u saħansitra 20-30% tas-suq ...
Read More

F’MINORANZA ASSOLUTA

Is-sitt Membri Parlamentari Ewropej Maltin kienu f’minoranza assoluta fil-Parlament Ewropew f’votazzjonijiet dwar sistema ta’ taxxa komuni fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea ...
Read More

€3 BILJUNI OĦRA GĦAR-REFUĠJATI FIT-TURKIJA

Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet lill-istati membri tal-UE biex jimmobilizzaw €3 biljuni oħra għar-refuġjati Sirjani fit-Turkija. Il-Kummissarju tal-Immigrazzjoni Dimitris Avramopoulos qal li ...
Read More

IĊ-ĊINA U l-INDJA B’OĠĠETTI U MEDIĊINI FOLOZ

Iċ-Ċina tibqa’ l-aktar pajjiż li tħasseb l-Ewropa fil-qasam tal-piraterija u falsifikazzjoni, filwaqt li l-Indja tħasseb l-aktar għal qasam tal-mediċini, qalet ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment