Is-Slovakkja, il-Polonja, l-Ungerija u r-Repubblika Ċeka qegħdin jitbegħu mill-pożizzjoni tal-Ġermanja dwar l-Immigrazzjoni. Il-Kapijiet ta’ dawn il-pajjiżi ‘l-ġodda’ tal-UE qegħdin jitkellmu fil-miftuħ kontra l-politika tal-immigrazzjoni li permezz tagħha l-UE laqgħet aktar minn miljun refuġjat is-sena li għaddiet.

Il-Prim Ministru tal-Islovakkja Robert Fico qal li l-Unjoni Ewropea għandha bżonn issejjaħ ‘summit’ biex titwaqqaf il-mewġa ta’ immigrazzjoni mhux kontrollata.

Il-Prim Ministri tal-Ungerija utal-Polonja wkoll tkellmu kemm-il darba fuq din il-linja u kkritikaw in-nuqqasijiet tal-UE li tipproteġi l-fruntieri esterni tagħha. Ikkritikaw lil Kanċilliera Angela Merkel minħabba l-atitudni liberali tagħha rigward l-immigranti.

Fico qal li l-immigranti qed ikunu trattati bħala ‘speċi protetta’ u sejjaħ għal azzjoni urġenti biex titwaqqaf l-immigrazzjoni. Fico qatt ma qabel mal-pjan ta’ rilokazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u mas-sistema tal-kwoti. Hu qal li mhux biss se jirrifjuta l-kwoti imma jirrifjuta wkoll li xi darba jieħu deċiżjoni li tista’ twassal biex tikber il-komunita` Musulmana f’pajjiżu. Hu qal li l-multi-kulturaliżmu ma ħadimx. ‘Ġaladarba tħalli l-immigranti jidħlu, taffaċċja ċertu problemi’. qal Fico b’referenza għall-istraġi li seħħet Pariġi f’Novembru u għall-avvenimenti f’Cologne.

L-Islovakkja hija pajjiż fil-parti kbira tiegħu Kattoliku b’popolazzjoni ta’ 5.5 miljun. Il-Misilmin huma ftit ħafna. L-Islovakkja ħadet biss 170 rifuġjat is-sena l-oħra. Il-Kummissjoni Ewropea qed titlob lil dan il-pajjiż jieħu 800 persuna li qed titlobha l-ażil.

Kliem Fico għandu l-appoġġ tal-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orbán. Orbán talab lil UE biex tħallas għal bini ta’ ħajt fuq il-fruntiera tat-tramuntana tal-Ġreċja għax jemmen li t-€3 biljun ewro li l-UE se tippompja lit-Turkija biex twaqqaf l-immigranti mhux se jaħdem. Orbán kiseb ħafna appoġġ mill-poplu Ungeriż minħabba l-mod kif itratta l-problema tal-immigrazzjoni billi tella’ ħajt fil-fruntiera tal-Ungerija.

Il-Prim Ministru Pollakk Beata Szydlo akkużat lill-Ewropa tal-Punent u l-politiċi Ġermaniżi li ma ħadux il-problema tal-immigrazzjoni bis-serjeta`. Il-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka Bohuslav Sobotka sejjaħ għad-deportazzjoni immedjata u awtomatika ta’ dawk ir-refuġjati li jwettqu att kriminali fl-Ewropa.

Malta u l-Unjoni Ewropea NL31

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

1.5 MILJUN AKTAR REFUĠJATI GĦALL-ĠERMANJA FL-2016

Wara l-attakki sesswali f’Cologne u bliet oħra Ġermaniżi, l-akbar sfida ta’ Angela Merkel hija dik li tiżgura liċ-ċittadini tagħha li ...
Read More

PAJJIŻI TAL-LVANT JITBEGĦDU MILL-ĠERMANJA

Is-Slovakkja, il-Polonja, l-Ungerija u r-Repubblika Ċeka qegħdin jitbegħu mill-pożizzjoni tal-Ġermanja dwar l-Immigrazzjoni. Il-Kapijiet ta’ dawn il-pajjiżi ‘l-ġodda’ tal-UE qegħdin jitkellmu ...
Read More

L-IMMIGRANTI GĦADHOM DEĦLIN MIT-TURKIJA

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li għadha mhux kuntenta bl-isforzi tat-Turkija biex tikkontrolla l-influss tal-immigranti lejn l-Ewropa. 90, 000 ruħ waslu fil-Greċja ...
Read More

ĦITAN INVIŻIBBLI BEJN L-EWROPA U R-RUSSJA

Vladimir Putin jgħid li s-sanzjonijiet li imponiet l-Unjoni Ewropea fuq ir-Russja huma assurdi u qed iweġġgħu liż-żewġ naħat. Hu qal ...
Read More

L-ISFIDI EWROPEJ SE JAFFETTWAW LIL MALTA FL-2016

Il-futur ta’ Malta fl-2016 jiddependi ħafna mill-mod kif l-Ewropa taffaċċja l-isfidi dwar l-immigrazzjoni, it-terroriżmu, l-andament taż-żona ewro u n-negozjati mar-Renju ...
Read More

IŻ-ŻONA EWRO BDIET TIRPILJA

B’mod kajman u bis-saħħa ta’ stimolu qawwi mill-Bank Ċentrali Ewropew, iż-żona ewro qed turi sinjali li qed tirpilja. Fl-aħħar kwart ...
Read More

JONQOS IL-QGĦAD FL-UNJONI EWROPEA

Ir-rata tal-qgħad fiż-żona ewro kienet ta’ 10.5% u 9.1% fit-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea kollha. Din hija l-iktar rata baxxa ta’ ...
Read More

IL-PRESIDENZA TAL-KUNSILL TAL-UE

Bil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea nkunu qed infissru l-post li jirrappreżenta l-gvernijiet tal-Istati Membri. Huwa fil-Kunsill li l-ministri nazzjonali ta’ kull pajjiż ...
Read More

IL-VOT LIN-NISA

Fis-seklu dsatax in-nisa f’ħafna pajjiżi bdew isiru konxji tad-drittijiet tagħhom u b’hekk saru aktar attivi fil-ħidma tagħhom biex fost oħrajn ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment