Il-President Russu Vladimir Putin ġedded l-embargo Russu fuq il-parti l-kbira tal-prodotti agrarji tal-UE b’sena, sal-aħħar ta’ Ġunju 2016. Din il-miżura kienet introdotta f’Awwissu tal-2014 wara li l-UE ordnat sanzjonijiet ekonomiċi kontra r-Russja minħabba r-rwol tagħha fl-Ukraina. Peress li l-UE estendiet dawn is-sanzjonijiet ekonomiċi kontra r-Russja, ir-Russja wkoll estendiet l-embargo fuq il-prodotti tal-ikel tal-UE.

Bħalissa r-Russja qed iżżomm milli daħħal prodotti ewropej (u anki prodotti min-Norveġja, l-Istati Uniti, il-Kanada u l-Awstralja) ta’ frott, ħaxix, laħam, tiġieġ, ħut, ħalib u prodotti tal-ħalib.

Kelliem ewlieni għal Kremlin, Dmitry Peskov qal, ‘F’diversi okkażjonijiet sħaqna li, li tirreċiproka huwa prinċipju ewlieni fis-sanzjonijiet. Din hija t-triq li se nieħdu.’

Facebook Comments

Post a comment