Malta għandha tħaddan is-sejħa tas-Soċjalisti Ewropej favur aktar Ewropa soċjali biex l-ugwaljanza u l-ġustizzja fl-Ewropa jingħataw prijorita`. Il-problema fundamentali hi li għalkemm fis-snin riċenti l-Ewropa esperjenzat tkabbir ekonomiku, żdiedu l-inugwaljanzi u l-inġustizzji soċjali. Dan qed ixekkel is-solidarjeta` fi ħdan in-nazzjonijiet u bejn in-nazzjonijiet. Dan qalu Alfred Sant f’laqgħa politika fit-Teatru Orpheum, il-Gżira. Sant qal li  biex l-Ewropa terġa’ tistqarr il-kuxjenza soċjali  trid tħaddem politika li tassigura l-ħarsien strett tal-ħaddiema, tal-pensjonanti, taż-żgħażagħ u tas-self employed iż-żgħar. U trid ukoll iddaħħal u tqawwi dawk il-miżuri kollha li jikkombattu l-inugwaljanzi soċjali li tħallew jinfirxu fl-aħħar għaxar snin.

Alfred Sant qal li l-Partit Laburista dejjem kien it-tarka tal-interessi tal-ħaddiema f’Malta. Għalhekk anke fl-Ewropa irid jissielet ma’ dawk kollha li qed iħarsu d-drittijiet tal-ħaddiema.

“Għalkemm Malta hija l-iżgħar stat fl-Unjoni, irnexxielha żżomm sitwazzjoni ta’ prosperita` u serenita`. Fl-elezzjonijiet Ewropej irridu insostnu l-kunfidenza tagħna fil-futur ta’ Malta u f’dak li jista’ jagħmel il-poplu tagħha jekk jibqa’ magħqud u jħares ’l quddiem.”

Alfred Sant qal li wisq Maltin għadhom ma jifhmux kemm id-deċiżjonijiet li jittieħdu fl-Ewropa qed jaffettwaw il-futur tagħhom u tal-familji tagħhom. Fl-aħħar ħames snin, għan ewlieni tiegħu kien li jinforma l-pubbliku Malti dwar din ir-realta`.

“Jekk ikolli l-fiduċja tal-poplu fl-elezzjonijiet Ewropej inkompli ninforma lill-poplu Malti u Għawdxi bl-aħħar żviluppi u deċiżjonijiet li jolqtuna mill-qrib.”

PRIJORITÀ : IS-SOVRANITÀ TAT-TASSAZZJONI

Fil-mandat li ġej tal-Parlament Ewropew, se jiżdiedu l-isforzi favur bidliet fil-politika Ewropea li jpoġġu limiti ġodda fuq kif il-pajjiżi membri ...
Read More

LARA COMI AKKUŻATA B’TANĠENTI FL-ITALJA

Lara Comi, l-MEP Taljana ta’ Forza Italia tinsab akkużata bit-tanġenti u b’korruzzjoni fl-Italja. Comi hija ħabiba kbira ta’ David Casa, ...
Read More

CORBYN: IL-LABOUR JERĠA’ JGĦAQQAD IL-BRITTANIĊI

Jeremy Corbyn qal li l-labour Ingliż huwa l-uniku partit li jerġa’ jgħaqqad lil Brittaniċi. Waqt li nieda l-kampanja tal-partit tiegħu ...
Read More

TAL-PN FAVUR L-ARMONIZZAZZJONI TAT-TAXXI

Il-membri tal-PN fil-Parlament Ewropew ivvotaw favur riżoluzzjoni dwar it-taxxi fl-Unjoni Ewropea li tgħid ċar u tond li għandha titneħħa regola ...
Read More

VERDETT FUQ MACRON

Fi Franza l-partiti politiċi qed joħorġu numru rekord ta’ kandidati iżda l-Franċiżi għadhom kemmxejn indifferenti għal kampanja elettorali. Skont l-istħarriġ ...
Read More

AKTAR SPAZJU GĦALL-ARTISTI MALTIN FL-EWROPA

L-artisti Maltin u Għawdxin jistgħu u għandhom jipprovaw isibu aktar spazju biex il-kreazzjonijiet tagħhom isiru magħrufa aħjar fl-Ewropa għax it-talent fostna ...
Read More

POLITIKA LI TIŻGURA L-ĦARSIEN TAL-ĦADDIEMA

Malta għandha tħaddan is-sejħa tas-Soċjalisti Ewropej favur aktar Ewropa soċjali biex l-ugwaljanza u l-ġustizzja fl-Ewropa jingħataw prijorita`. Il-problema fundamentali hi li ...
Read More

L-ITALJA LESTA TIKSER IR-REGOLI FINANZJARJI EWROPEJ

Il-finanzi pubbliċi tal-Italja iddeterjoraw sew u se jkunu qed jiksru r-regoli Ewropej sakemm Ruma ma tbiddilx il-politika tagħha. Iżda t-tmexxija ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment