Tkun ħasra jekk il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE tispiċċa titmexxa mill-populisti tat-taxxa li qed jimbottaw għall-armonizzazzjoni tal-politika tat-tassazzjoni u li ma għandhom l-ebda problema jużaw il-politika tal-kompetizzjoni biex jiksbu dan l-għan. Dan qalu Alfred Sant meta indirizza l-Parlament Ewropew bħala ‘Rapporteur’ tal-S&D dwar ir-Rapport Annwali tal-Politika tal-Kompetizzjoni. Huwa qal li dan l-atteġġjament, li apparentement miexi ’l quddiem, jista’ jkun qed iservi biex jaħbi realta` oħra: fi żmien meta l-ekonomiji Ewropej reġgħu sejrin tajjeb, il-klassi tal-ħaddiema u dik tan-nofs u kif ukoll il-pensjonanti mhux qed ikunu kkompensati għas-sagrifiċċji li kellhom iwettqu fis-snin tal-awsterita`. Dawn mhux se jikkonslaw billi jintqalilhom li fl-interess tal-kompetizzjoni, it-tassazzjoni fi ħdan l-Unjoni għandha tkun armonizzata.
Dr Sant qal li l-politika tal-kompetizzjoni qed tingħata aktar importanza fil-profil tal-UE.
“Wieħed jispera li dan mhux qed iseħħ għal raġunijiet żbaljati.” qal l-Ewroparlamentari Malti.
Dr Sant qal li fil-prinċipju, il-politika tal-kompetizzjoni għandha l-għan li tiżgura li r-regoli tas-suq ħieles japplikaw għall-benefiċċju tal-konsumaturi fi ħdan l-Ewropa kollha. Fil-prattika, minħabba li storikament ir-rwol tal-gvernijiet nazzjonali kien element kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku Ewropew, l-enfasi spiss kienet – u għadha – aktar dwar kwistjonijiet relatati ma’ għajnuna tal-Istat milli fuq kwistjonijiet li joħorġu minn strateġiji kompetittivi tal-kumpaniji.
Tista’ ssegwi l-intervent ta’ Alfred Sant fuq din il-link:

538,000 INGĦATAW PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI FL-2017
Read More

BIEX IL-BULGARIJA TIDĦOL FIŻ-ŻONA EWRO
Read More

IL-PROPOSTI DWAR IL-POLITIKA TA’ KOEŻJONI GĦAL ĠUNJU
Read More

ĠŻEJJER TAL-UE MHUMIEX IGAWDU MINN FONDI GĦALL-INVESTIMENTI STRATEĠIĊI
Read More

POPULISTI JIMBOTTAW GĦALL-ARMONIZZAZZJONI TAT-TAXXA
Read More

AKTAR ŻMIEN LIL PAJJIŻI BI KWALITA` ĦAŻINA TAL-ARJA
Read More

FONDI GĦALL-VITTMI TAL-KRIŻI FINANZJARJA
Read More

QED ISIR DIFFIĊLI DJALOGU BEJN L-EWROPEJ U L-ISTATI UNITI
Read More
Post a comment