L-Ewropa għandha bżonn qalb li tħares lill-ħaddiema, lill-uliedhom, liż-żgħażagħ, lil dawk li qed jaħdmu bil-prekarjat, lill-anzjani, lil dawk l-aktar vulnerabbli fil-ħajja, lil dawk li m’għandhomx opportunitajiet soċjali. Din hija l-Ewropa Soċjali li kull membru elett fil-Parlament Ewropew irid jaħdem għaliha fil-ħames snin li ġejjin. Dan qalu Alfred Sant f’laqgħa mas-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja u mas-Segretarji tat-Taqsimiet tal-GWU.

Alfred Sant qal li miljuni ta’ nies madwar l-Ewropa huma diżillużi bl-Unjoni Ewropea għaliex iħossu li l-politika u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea neżżgħuhom mid-dinjità soċjali. Il-politika ta’ awsterità li nidiet il-politika tal-lemin fl-Ewropa iffokat l-aktar fuq l-interessi tal-korporazzjonijiet il-kbar, ta’ dawk li kienu qegħdin tajjeb fis-soċjetà.

Miljuni ta’ Ewropej għadhom qegħdin jissieltu ma’ livell tal-ħajja dejjem jonqsu, minkejja li l-ekonomija taż-żona Ewro irpiljat. Il-problema fundamentali hi li għalkemm fis-snin riċenti l-Ewropa esperjenzat tkabbir ekonomiku, żdiedu l-inugwaljanzi u l-inġustizzji soċjali.

“Il-piżijiet tal-politika ta’ awsterità ntrefgħu l-aktar minn dawk li jifilħu anqas.”

Alfred Sant qal li fl-elezzjonijiet Ewropej Malta għandha tħaddan l-għajta tas-Soċjalisti Ewropej għal Ewropa Soċjali biex l-ugwaljanza u l-ġustizzja soċjali fl-Ewropa jingħataw prijorità.

_0008_1img

VOT LABURISTA, VOT FAVUR IŻ-ŻGĦIR

Vot lill-kandidati tal-Partit Laburista fl-elezzjonijiet ta’ nhar is-Sibt huwa vot favur iż-żgħir, favur il-valuri li aħna nemmnu fihom bħala laburisti, ...
Read More
_0007_2_img

NURU LI AĦNA POPLU ĦANIN LI RRIDU PAJJIŻ AĦJAR, EWROPA AĦJAR

Fl-elezzjonijiet Ewropej irridu nagħtu sinjal ċar li rridu lil pajjiżna jitmexxa bil-valuri tal-ħelsien, tas-solidarjetà, tal-ġustizzja soċjali, tal-ugwaljanza, li ħadd mhu ...
Read More
_0001_gozo

FAVUR IL-VALURI, L-INTERESSI U L-BŻONNIJIET TA’ GĦAWDEX FL-EWROPA

Il-vuċi ta’ gżejjer żgħar għandu jkollha l-post tagħha fl-UE biex fil-ħames snin li ġejjin jinstabu soluzzjonijiet politiċi li jersqu lejn ...
Read More
_0000_pn-logo

TAL-PN MUTI DWAR IL-KUMMISSARJU ĠDID EWROPEW NOMINAT MINN MALTA

Diġa` għaddew ħmistax-il ġurnata u l-Partit Nazzjonalista għadu ma weġibx għall-mistoqsija ta’ Alfred Sant jekk hux se jappoġġja n-nomina tal-Kummissarju ...
Read More
_0004_kurz

VIDEO IWASSAL GĦAL ELEZZJONI BIKRIJA FL-AWSTRIJA

Video li juri lil mexxej tal-lemin estrem Awstrijak Heinz-Christian Strache ipartat kuntratti pubbliċi ma’ donazzjonijiet għal partit tiegħu wassal biex ...
Read More
_0005_6img_1

PRIJORITA` LILL-UGWALJANZA U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI

L-Ewropa għandha bżonn qalb li tħares lill-ħaddiema, lill-uliedhom, liż-żgħażagħ, lil dawk li qed jaħdmu bil-prekarjat, lill-anzjani, lil dawk l-aktar vulnerabbli ...
Read More
_0002_european-soldiers

L-UE TRID ISSAĦĦAĦ ID-DIFIŻA

L-UE wieġbet għall-akkużi tal-Istati Uniti li patt militari Ewropew ġdid jirriskja li jagħlaq il-kumpaniji Amerikani tal-proġetti ta' difiża tal-blokk u ...
Read More
_0003_weber-photo

TAL-PN JAPPOĠĠJAW LIL WEBER  BIEX TITNEĦĦA L-UNANIMITÀ DWAR TASSAZZJONI

Manfred Weber għandu l-appoġġ tal-PN biex ineħħi l-politika ta’ unanimità fil-Kunsill Ewropew dwar il-politika ta’ tassazzjoni tal-istati membri tal-UE. Din ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment