Analiżi tal-Kummissjoni Ewropea fuq 18-il stat membru tal-UE juri li qed isiru r-riformi fil-politika ekonomika Ewropea, imma l-isforz mhux qed isir b’mod ugwali mill-pajjiżi kollha. Jeħtieġ li xi stati membri jkunu aktar deċiżi u jikkoreġu ċerti nuqqasijiet, bħal dejn pubbliku u privat għoli. Il-Kummissjoni qalet li se tiddiskuti r-rapport mal-istati membri li għandhom dawn in-nuqqasijiet. X’aktarx li l-Kummissjoni tibda proċeduri kontra l-pajjiżi li qed jiksru r-regoli.

Bħalissa l-Awstrija u l-Estonja qegħdin taħt is-sorveljanza tal-Kummissjoni. L-iżbilanċi osservati fil-Bulgarija, Franza, Kroazja, Italja u l-Portugall jeħtieġu azzjoni u monitoraġġ. Filwaqt li l-iżbilanċi osservati fil-Belġju, Ġermanja, Spanja, Finlandja, Ungerija, Irlanda, l-Olanda, Rumanija, Slovenja, Svezja u r-Renju Unit teħtieġ azzjoni speċifika għal kull pajjiż.

Il-Kummissjoni qed tinnota li Franza wriet titjieb fl-esportazzjoni. Il-kompetittivita` qed tonqos filwaqt li l-produttivita` qed tiżdied. Franza għandha dejn pubbliku għoli u l-Kummissjoni qed tirrakkomanda li dan il-pajjiż inaqqas id-defiċit u d-dejn pubbliku.

L-Italja wettqet riformi fis-settur tax-xogħol, fl-edukazzjoni u fis-settur bankarju. Il-Kummissjoni qed tisħaq li l-Italja trid iżżid il-kompetittivita` tagħha u tnaqqas id-dejn pubbliku li fl-2015 tela’ għal 133% tal-Prodott Gross Domestiku.

Il-Portugall, fost fatturi oħra, qed ibati minn livelli għolja ta’ dejn, kemm pubbliku u kemm privat u amministrazzjoni ineffiċjenti. Jeħtieġlu aktar investiment li f’dan il-pajjiż naqas aktar mill-medja Ewropea.

Il-Ġermanja hija l-ikbar ekonomija Ewropea u taffettwa l-andament taż-żona tal-ewro kollha. Għal perijodu li ġej, il-Ġermanja mistennija li żżomm bilanċ kummerċjali pożittiv ta’ +8%. Il-Kummissjoni qed tagħti l-parir li f’dan il-pajjiż jogħlew il-pagi u b’hekk ikun stimulat il-konsum intern. Rigward ir-refuġjati, il-Kummissjoni qed tgħid li l-ekonomija b’saħħitha tal-Ġermanja, is-suq tax-xogħol u l-finanzi fis-sod kollha jgħinu biex dan il-pajjiż jassorbi sewwa din il-kwistjoni.

Il-pajjiżi membri mistennija jissottomettu l-programmi ta’ stabilita` u riformi fix-xahar ta’ April. Minn hemm il-Kummissjoni toħroġ ir-rakkomandazzjonijiet lil kull pajjiż.

PROĊEDURI KONTRA MIN JIKSER IR-REGOLI EKONOMIĊI

Analiżi tal-Kummissjoni Ewropea fuq 18-il stat membru tal-UE juri li qed isiru r-riformi fil-politika ekonomika Ewropea, imma l-isforz mhux qed ...
Read More

L-ISTATI MEMBRI TAL-MEDITERRAN DWAR IL-KRIŻIJIET TAL-UE

L-istati membri li jmissu mal-Mediterran iltaqgħu f’Ċipru biex jitkellmu dwar il-problemi u l-kriżijiet tal-Unjoni Ewropea u r-relazzjonijiet tagħhom mal-pajjiżi tas-Sud ...
Read More

L-EWROPA MA TISTAX TFARFAR IL-PROBLEMA TAL-IMMIGRAZZJONI FUQ L-ISTATI Ż-ŻGĦAR TAS-SUD

L-Ewropa ma tistax tfarfar il-problema tal-immigrazzjoni fuq l-istati żgħar tas-sud. Dan qalu Alfred Sant fuq l-istazzjon televiżiv Grieg ALPHA,  li ...
Read More

IŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA TUNEŻIN FL-EWROPA

Wara l-attakk terroristiku fit-18 ta’ Marzu tal-2015 f’Tunis u dak tas-26 ta’ Ġunju tal-2015 f’Sousse, it-turiżmu fit-Tuneżija ħa daqqa ta’ ...
Read More

L-AJRUPORTI FAVUR IX-XENGEN

L-Għaqda tal-Ajruporti Internazzjonali qed turi t-tħassib tagħha dwar il-kontrolli li qed jiddaħħlu fil-fruntieri interni fiż-żona Xengen. Tixtieq li l-moviment ħieles ...
Read More

FTEHIM MAL-AWSTRALJA U NEW ZEALAND

Il-Parlament Ewropew qabel li jibdew in-negozjati li jwasslu għal ftehim ta’ kummerċ bejn l-UE u l-Awstralja u New Zealand. Ir-riżoluzzjoni ...
Read More

M’HEMMX FLUS BIEX IŻARMAW L-IMPJANTI NUKLEARI

L-istati membri li għandhom impjanti nukleari, m’għandhomx flus  għaż-żarmar tal-power stations nukleari u għall-organizzazzjoni tal-iskart radjoattiv. Biex jiżżarmaw l-impjanti nukleari ...
Read More

MIŻURI MONETARJI ĠODDA

Iż-żona ewro se terġa’ tirreġistra diflazzjoni għax-xahar ta’ Frar. Wara rata ta’ inflazzjoni ta’ 0.3% f’Jannar, ir-rata ta’ inflazzjoni għax-xahar ...
Read More

L-EWROPA TEĦTIEĠ INVESTIMENT PUBBLIKU ĠDID

Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant qal li investimenti pubbliċi fl-istati membri tal-UE jistimulaw l-investimenti privati nazzjonali u anke dawk fl-Ewropa kollha ...
Read More

IL-KLASSI TAN-NOFS ISSIBHA AKTAR DIFFIĊLI

Kważi l-istati membri kollha għaddejjin minn fenomenu komuni: it-tnaqqir tal-klassi soċjali tan-nofs li qed issibha dejjem aktar diffiċli biex tikkontribwixxi ...
Read More

L-S&D SE TINDIRIZZA T-TĦASSIB TAS-SAJJIEDA MALTIN

Id-delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew għamlet ħilitha biex il-politika ġdida tas-Soċjalisti u Demokratiċi Ewropej (S&D) fil-Parlament Ewropew tinkludi l-ħarsien tal-interessi ...
Read More

IL-MED GROUP

Il-Med Group twaqqaf fi tmiem l-2013 u fih jagħtu s-sehem tagħhom il-Ministri tal-Affarijiet barranin ta’ dawk l-istati membri li jmissu ...
Read More

ĦAMES PAJJIŻI EWROPEJ FAVORITI MAL-AMERIKANI

Fl-Istati Uniti, ħames pajjiżi fl-Ewropa qed ikunu msemmija bħala destinazzjonijiet ideali għall-irtirar. Qed jingħad li f’dawn il-ħames pajjiżi Ewropej jinstabu ...
Read More

BLA PJAN DWAR L-IMMIGRAZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea qed tittama li ż-żona Xengen terġa’ lura għan-normal sal-aħħar tas-sena, konxja mid-diżordni, fost l-istati membri tal-UE, minħabba il-kriżi tal-immigrazzjoni ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment