Il-gruppi politiċi kollha fil-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) għandhom jipprovaw jippreżentaw proposti validi dwar l-investiment, ibbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż li fasslet il-Kummissjoni. Dan qalu Alfred Sant li bħala rapporteur għal S&D, ippreżenta rapport formali dwar ir-rakkomandazzjonijiet li l-Kummissjoni Ewropea tat lill-istati membri fl-2016.

Hemm l-argument li l-munita ewro tqanqal żbilanċi strutturali li jnaqqsu l-investiment u l-konsum. “Il-punt jibqa’ dan: fil-passat l-investiment f’dan il-kuntest mhux ottimali xorta kien aktar b’saħħtu milli huwa llum. Allura, nistgħu tal-anqas nipprovaw nilħqu l-livelli li kellna fil-passat, peress li l-esperjenza turina li nistgħu nilħqu livelli bħal dawn?” staqsa Dr Sant.

L-investiment pubbliku huwa f’livelli ħafna aktar baxxi minn dawk tal-Istati Uniti li taħbi l-investimenti pubbliċi wara t-tabelli tad-Difiża, r-Riċerka u l-Iżvilupp u talloka l-flejjes kemm fuq livell statali u kemm federali. “Hija ta’ tħassib din is-sitwazzjoni? L-investiment li hu l-aktar meħtieġ huwa dak privat. Imma l-investiment privat jirkeb fuq dak pubbliku. Inqas ma jkun hemm investiment pubbliku, inqas ikun hemm kunfidenza fin-negozji li tqanqal volumi akbar ta’ investiment privat.”

“Sa ftit żmien ilu, kienu jgħidulna li l-akbar problemi tal-SMEs kienu r-riġidita` tal-bank fuq is-self. Issa qed jintqal li l-problema hija li ma hemmx domanda biżżejjed biex intraprenditur ikun motivat jinvesti fi proġetti ġodda, speċjalment l-intrapriżi żgħar u medji. Il-problema għadha fir-riġidita` tas-self tal-bank, li fl-Ewropa, ngħidu x’ngħidu dwar l-unjoni tas-swieq kapitali, hija l-għodda li toħloq il-finanzjament għall-intrapriżi żgħar u medji.”

Dr Sant qal li l-politika ekonomika Ewropea komuni qed tqanqal l-inċertezza f’oqsma bħall-enerġija, l-ambjent, l-unjoni bankarja fi ħdan iż-żona ewro u l-immigrazzjoni. Lil hinn minn hekk, hemm ukoll l-inċertezzi politiċi, li tqanqlu aktar bil-Brexit, imma li huma wkoll frott ta’ kwistjonijiet politiċi li għadhom ma ssolvewx.

Din kienet l-ewwel darba li r-rapport ġie diskuss fuq livell ta’ kumitat. Ir-rapport ikun finalizzat f’Settembru wara aktar diskussjonijiet mar-rappreżentanti tal-gruppi politiċi l-oħra. Jittieħed vot għal adozzjoni tar-rapport fil-11 ta’ Ottubru 2016.

Tista’ ssegwi l-intervent sħiħ ta’ Dr Sant fl-ECON fuq il-link:

https://www.youtube.com/watch?v=WDa4lIRfxUc

SAJF TA’ BIŻA’

L-attakki terroristiċi fl-Ewropa saru n-normalita`. F’anqas minn ġimagħtejn il-kalma fl-Ewropa sfat mhedda minn attakki vjolenti fl-Ewropa li ħallew għexieren ta’ ...
Read More

FRANZA TITLOB L-GĦAJNUNA TAL-EWROPA

It-terrur tal-aħħar ġranet kompla żied l-inċertezza fi Franza li għadha u se tibqa’ fi stat ta’ emerġenza sa tmiem is-sena.  ...
Read More

IR-RENJU UNIT MA KIENX LEST GĦAL BREXIT

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal li r-Renju Unit jeħtieġ xhur ta’ preparazzjoni qabel jiftaħ id-diskussjonijiet għall-ħruġ tal-pajjiż mill-UE. Ma ...
Read More

IŻOMMU D-DRITTIJIET TAGĦHOM SAKEMM IR-RENJU UNIT JIBQA’ FL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li ċ-ċittadini tas-27 pajjiż Ewropew li jgħixu fir-Renju Unit u ċ-ċittadini Brittanniċi li jgħixu fil-pajjiżi tal-UE se ...
Read More

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW MA JĊAĊLAQ XEJN

Fl-ewwel deċiżjoni tiegħu wara l-Brexit, il-Bank Ċentrali Ewropew iddeċieda li ma jmissx ir-rati ta’ interessi u għajnuniet finanzjarji oħra u ...
Read More

PROPOSTI GĦALL-INVESTIMENT FL-ISTATI MEMBRI TAL-UE

Il-gruppi politiċi kollha fil-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) għandhom jipprovaw jippreżentaw proposti validi dwar l-investiment, ibbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi ...
Read More

BIL-PIENA KAPITALI T-TURKIJA MA SSIRX MEMBRU TAL-UE

Il-Kumitat tal-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew qal li bl-introduzzjoni tal-piena kapitali, it-Turkija taqta’ ħesrem in-negozjati mal-UE. Wara l-attakki vjolenti fuq l-awtoritajiet ...
Read More

KAPITLI IMPORTANTI GĦAS-SĦUBIJA TAS-SERBJA

L-UE u s-Serbja fetħu żewġ kapitli importanti fil-proċess ta’ sħubija ta’ dan il-pajjiż fl-Unjoni: kapitlu 23 dwar għodda ġudizjarji u ...
Read More

IMWISSIJA MA JFITTXUX MOSTRI FIL-BOSNJA

Filwaqt li bosta żgħażagħ qed jieħdu gost jilagħbu l-‘Pokemon Go’, qed ikun hemm il-periklu ta’ inċidenti, l-aktar fil-Bosnja. F’dan il-pajjiż ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment