Vladimir Putin sejjaħ għall-istabilita` fil-Balkani, ġurnata wara li akkuża lil Punent li qed tiddistabilizza r-reġjun Balkani permezz ta’ sforzi biex tissaħħaħ is-sħubija fin-NATO.

“Ir-Russja, bħas-Serbja, hija interessata li s-sitwazzjoni fil-Balkani tkun stabbli.” qal Putin waqt konferenza mal-President Serbjan Aleksandar Vučić fis-Serbja.

Ir-Russja akkużat lill-awtoritajiet tal-Kosovo b’passi provokattivi, li jinkludu l-ħolqien ta’ armata, mossa li għal Putin kienet illegali u żiedet it-tensjoni mas-Serbja.

Għalkemm is-Serbja u l-ġirien tagħha jaspiraw għal sħubija sħiħa mal-UE, Belgrad żammet relazzjonijiet tajbin mar-Russja.

Il-Kosovo kienet provinċja tas-Serbja li telqet għal rasha fil-gwerra bejn l-1998-99. Is-Serbja qatt ma aċċettat din il-qasma u r-Russja l-anqas. Fin-Nazzjonijiet Uniti, is-Serbja tuża l-poter tal-veto tagħha biex il-Kosovo ma jsirx parti min-Nazzjonijiet Uniti.

Iż-żjara tal-President Putin ġiet iċċelebrata minn eluf ta’ Serbi permezz ta’ parati kbar fit-toroq.

TA’ DETRIMENT GĦAL MALTA

Madwar l-Ewropa qed jiżdied il-qbil dwar miżuri kontra l-kompetizzjoni fil-politika ta’ tassazzjoni bejn l-istati membri tal-UE biex tkun skoraġġuta l-evażjoni ...
Read More

IMMIGRANTI LURA L-LIBJA

Mhux politika tal-KE li tibgħat immigranti lura l-Libja imma hija possibilita` waqt salvataġġ jekk issir skont il-liġi internazzjonali, qalet il-Kummissjoni ...
Read More

L-ITALJA RIESQA LEJN RIĊESSJONI

Ġimgħat wara li ntlaħaq ftehim dwar il-baġit Taljan mal-Kummissjoni Ewropea, qed jidhru sinjali li t-tielet l-akbar ekonomija taż-żona ewro riesqa ...
Read More

TRATTAMENT SPROPORZJONAT LEJN MALTA

Alfred Sant ikkritika bl-aħrax lill-Kummissjoni Ewropea għat-trattament sproporzjonat tagħha fil-konfront ta’ Malta meta mqabbel mal-każ ferm aktar serju tal-Latvja dwar infurzar ...
Read More

FRANZA U L-ĠERMANJA AKTAR QRIB XULXIN

Franza u l-Ġermanja ffirmaw l-ewwel kapitlu minn dak li se jkun trattat ġdid bl-għan li jissaħħaħ il-proġett Ewropew. Fost il-Brexit ...
Read More

JIPPREFERU FIGHTER JETS AMERIKANI

Il-pajjiżi Ewropej jippreferu fighter jets Amerikani. Wara l-Islovakkja u r-Rumanija issa anki l-Bulgarija u l-Kroazja qed jagħżlu li jixtru ajruplani ...
Read More

PUTIN FIS-SERBJA

Vladimir Putin sejjaħ għall-istabilita` fil-Balkani, ġurnata wara li akkuża lil Punent li qed tiddistabilizza r-reġjun Balkani permezz ta’ sforzi biex ...
Read More

DEFIĊIT KUMMERĊJALI GĦALL-UE

Iż-żona ewro irreġistrat surplus ta’ €19-il biljun ewro f’kummerċ internazzjonali f’Novembru 2018. Sena qabel, f’Novembru 2017 kienet irreġistrat surplus ta’ ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment