Vladimir Putin qal lill-President il-ġdid Franċiż li r-Russja u Franza għandhom opinjonijiet differenti dwar l-Ukraina u s-Sirja iżda insista li r-relazzjonijiet Franċiżi-Russi huma aktar sodi minn dan in-nuqqas ta’ qbil. Putin qal li “s-sanzjonijiet kontra r-Russja minħabba l-Ukraina bla ebda mod ma ssolvi l-kriżi.” Din kienet l-ewwel laqgħa ta’ Putin ma’ Emmanuel Macron fil-Palazz ta’ Versailles fejn ġew diskussi il-kunflitti fis-Sirja u fl-Ukraina.

Macron wissa li Franza tirritalja immedjatament f’każ li jintużaw armi kimiċi fis-Sirja u saħaq dwar kooperazzjoni mar-Russja fil-ġlieda kontra l-Isis u anki biex tinstab soluzzjoni diplomatika fil-kunflitt tas-Sirja.

Macron qal li huwa favur bidla demokratika fis-Sirja li tħares l-istat Sirjan. Il-prijorita` ta’ Macron hija l-ġlieda kontra t-terroriżmu permezz ta’ kooperazzjoni mar-Russja li hija favur ir-reġim ta’ Assad.

Il-laqgħa bejn iż-żewġ mexxejja kellha l-għan li tistabilixxi relazzjoni stabbli bejniethom. Ir-Russja allegatament ipprovat tinfluwenza l-kampanja elettorali. Macron ma kienx il-kandidat favorit ta’ Putin tant li stieden lil Marine Pen fil-Kremlin. Macron kellu kliem iebes għal Moska. Macron irrifjuta ġurnalisti tal-gazzetti tal-istat Russu Sputnik u Russia Today, fuq akkużi ta’ tixrid ta’ propaganda Russa u aħbarijiet foloz. Jumejn biss qabel il-vot presidenzjali finali mijiet ta’ emails marbuta mal-kampanja elettorali ta’ Macron inħarġu fil-pubbliku.  Analisti tas-sigurta` online qalu li dan kien xogħol gruppi ta’ ħekers Russi. Putin ċaħad kategorikament li ndaħal fl-elezzjonijiet Franċiżi.

 

PUTIN U MACRON JILTAQGĦU F’VERSAILLES

Vladimir Putin qal lill-President il-ġdid Franċiż li r-Russja u Franza għandhom opinjonijiet differenti dwar l-Ukraina u s-Sirja iżda insista li ...
Read More

MA JARAWX GĦAJN B’GĦAJN DWAR IR-RUSSJA

Il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Donald Tusk stqarr li l-opinjoni tal-UE dwar ir-relazzjonijiet mar-Russja ma taqbilx ma’ dik tal-Istati Uniti. “Ma ...
Read More

GŻEJJER U REĠJUNI TAL-UE GĦANDHOM JIĠU EŻENTATI MIR-REGOLI TAL-KOMPETIZZJONI

Il-gżejjer u reġjuni tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu eżentati kompletament mir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE meta dawn japplikaw għal sussidji u għajnuniet tal-istat ...
Read More

 ENERĠIJA NADIFA FIL-GŻEJJER TAL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea flimkien ma’ 14-il pajjiż ieħor (Malta, Ċipru, Greċja, Italja, Portugall, Spanja, Kroazja, Danimarka, Svezja, Estonja, Finlandja, Franza, Ġermanja ...
Read More

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW SE JKOMPLI JITFA’ L-FLUS FIS-SUQ

Mario Draghi, President tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) qal li l-bank se jissokta l-programm ta’ quantitative easing, programm li permezz tiegħu ...
Read More

L-EWROPEJ IRIDU KOOPERAZZJONI MAT-TURKIJA

Il-mexxejja Ewropej qalu lill-President Tork Recep Tayyip Erdogan li l-UE tixtieq tibqa’ tikkoopera ma’ Ankara. Dan minkejja li r-relazzjonijiet bejn ...
Read More

L-UE TITLOB WAQFIEN MILL-ĠLIED FIL-LIBJA

Inkiser il-waqfien mill-ġlied u reġa’ ssokta l-inkwiet fi Tripli. Is-Settur tal-Azzjoni Esterna tal-UE (EEAS) qed jitlob lil fazzjonijiet differenti Libjani ...
Read More

GRAWND TAL-FUTBOL FI BRATISLAVA BL-GĦAJNUNA TAL-ISTAT

Il-Kummissjoni Ewropea approvat pjan tal-Gvern Slovakk għal għajnuna tal-istat biex jinbena grawnd tal-futbol ġdid fi Bratislava. L-għajnuna statali  tammonta għal ...
Read More

 

 

 

 

Facebook Comments

Post a comment