Il-problema fundamentali fi ħdan l-Unjoni Ewropea hija li d-diverġenzi ekonomiċi baqgħu jikbru minkejja li l-Unjoni għandha l-għan ewlieni li tqarreb l-ekonomiji lejn xulxin. Sfortunatament dan juri li għad ma hemmx strumenti ekonomiċi li jaħdmu biex jitnaqqsu d-differenzi bejn in-Nord u s-Sud tal-Ewropa. Politika favur aktar għaqda fl-Unjoni Ewropea taħdem kontra pajjiżi żgħar peress li għad ma hemmx politika li taħdem b’suċċess, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll f’qafas aktar wiesa’, biex jitnaqqsu d-diverġenzi ekonomiċi. ‘Kieku kellna politika ta’ dan it-tip, ikun aktar faċli biex fuq livell nazzjonali l-pajjiżi jaddottaw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż.’ qal l-Ewroparlemntari Malti Alfred Sant.

Dr Sant kien qed jindirizza lil Kumitat Ekonomiku bħala ‘shadow rapporteur’ għall S&D waqt id-diskussjoni, “European Semester for economic policy coordination: implementation of 2015 priorities” fil-preżenza ta’ rappreżentanti mill-parlamenti nazzjonali.

Dr Sant saħaq li l-konsegwenzi soċjali tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi qed ikunu injorati. Hu qal li saret enfażi kbira wisq fuq ir-riformi tas-suq tax-xogħol, iżda f’ħafna pajjiżi dawn ma rnexxilhomx jagħmlu impatt kbir biżżejjed fuq il-livelli tal-qgħad. Id-drittijiet tal-ħaddiema tnaqqru u taw spinta lix-xogħol prekarju. Ir-riformi tas-suq tax-xogħol ma għandhomx jibqgħu jintużaw bħala l-pilastru ewlieni għar-riformi strutturali. Irid ikun hekk aktar ħidma favur it-tneħħija ta’ monopolji moħbija, restrizzjonijiet fil-burokrazija governattiva, immodernizzar fis-sistemi legali u inċentivi għal dawk li jipproduċu.

Dr Sant spjega kif ħafna drabi r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi jkunu bbażati fuq il-kriterju li r-riformi strutturali għandhom impatt awtomatiku fuq l-impjiegi u t-tkabbir. Dan ifisser li jekk il-pajjiżi kollha jirriformaw is-suq tax-xogħol fl-istess waqt, jinħolqu aktar impjiegi u tiżdied id-domanda fi ħdan iż-żona ewro kollha. ‘Dan it-twemmin mhux korrett’. Qal Dr Sant.

Segwi d-diskors ta’ Dr. Sant hawnhekk :

https://www.youtube.com/watch?v=Xq-tA2fZVS0

IS-SAGA TAL-GREĊJA TKOMPLI

Il-Partit Syriza reġa’ rebaħ l-elezzjonijiet fil-Greċja u l-mexxej Alexis Tsipras reġa’ kiseb l-appoġġ tal-poplu għal mandat ieħor. Rebħa qarsa għax ...
Read More

L-IMMIGRAZZJONI L-AKBAR UĠIGĦ TA’ RAS GĦALL-POPLI EWROPEJ

L-immigrazzjoni hija l-akbar uġigħ ta’ ras għall-popli ewropej, skont stħarriġ tal-Eurobarometer ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea. L-istħarriġ sar bejn is-16 u s-27 ...
Read More

XETTIKU DWAR IL-‘PROPOSTA TA’ KOMPROMESS’ TAL-UE GĦAT-TTIP

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal li huwa xettiku mill-‘kompromessi’ li l-Kummissjoni Ewropea qed tagħmel dwar it-twaqqif ta’ tribunali speċjali ...
Read More

RAĦĦALA FIL-GŻEJJER TAL-UE L-AGĦAR LI MARRU BL-EMBARGO RUSSU

Ir-raħħala tal-gżejjer u taż-żoni fil-periferija tal-Unjoni Ewropea huma fost l-agħar li ntlaqtu mill-kriżi attwali fis-settur agrikolu minħabba l-embargo Russu fuq ...
Read More

€500 MILJUN MHUX BIŻŻEJJED GĦAT-TELF TAL-BDIEWA MIS-SUQ RUSSU

Il-Membri Parlamentari Ewropej jaħsbu li l-pakket ta’ €500 miljun ewro tal-Kummissjoni għas-settur agrikolu mhux biżżejjed biex jagħmel tajjeb għat-tnaqqis fil-prezzijiet ...
Read More

SUPER MINISTRU TAL-FINANZI GĦAŻ-ŻONA EWRO

Iż-żona ewro teħtieġ governanza aħjar, teħtieġ li jkollha l-baġit tagħha. Dan jista’ jsir billi jkun hemm ministru tal-finanzi taż-żona ewro ...
Read More

QED JIKBRU D-DIVERĠENZI EKONOMIĊI F’UNJONI LI GĦANDHA L-GĦAN LI TQARREB L-EKONOMIJI LEJN XULXIN’

Il-problema fundamentali fi ħdan l-Unjoni Ewropea hija li d-diverġenzi ekonomiċi baqgħu jikbru minkejja li l-Unjoni għandha l-għan ewlieni li tqarreb ...
Read More

€235 MILJUN GĦALL-IŻVILUPP SOĊJO-EKONOMIKU LIL PAJJIŻI TAL-MEDITERRAN

Il-Kummissjoni Ewropea se tagħti pakkett ta’ €235.7 miljun għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku lil pajjiżi ġirien tagħha fil-Mediterran. Minn dawn l-Eġittu se tibbenefika ...
Read More

XAHAR QABEL ELEZZJONI ĠENERALI TIRPILJA L-EKONOMIJA TAL-PORTUGALL

Xahar qabel l-elezzjonijiet fil-Portugall qed tkompli tirpilja l-ekonomija ta’ dan il-pajjiż. Kompla t-tkabbir ekonomiku (+0.4% tal-PGD għat-tieni kwart tas-sena 2015) ...
Read More

FRANZA B’EKONOMIJA STAĠNATA FL-AĦĦAR TLIET XHUR

Franza hija l-uniku pajjiż fl-UE li baqa’ b’ekonomija staġnata fit-tieni kwart ta’ din is-sena. F’dan il-perijodu, l-ebda pajjiż fl-UE ma ...
Read More

PAJJIŻI ŻGĦAR ŻVANTAĠĠATI EKONOMIKAMENT GĦANDHOM IKUNU KKUMPENSATI BIL-KOMPETIZZJONI FIT-TAXXA

Il-pajjiżi żgħar fil-periferija tal-Unjoni Ewropea m’għandhomx jinżammu milli jissettjaw taxxi fuq id-dħul ta’ kumpanniji li joperaw f’pajjiżhom biex jikkumpensaw għall-iżvantaġġi ...
Read More

X’INU L-OMBUDSMAN EWROPEW?

L-Ombudsman Ewropew jinvestiga l-ilmenti kontra l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea. Dawn l-ilmenti jistgħu jitressqu miċ-ċittadini u mir-residenti tal-pajjiżi ...
Read More

700 ĠŻIRA AKTAR MILLI MAĦSUB FL-ESTONJA

Il-kotba tal-Ġografija fl-Estonja jridu jerġgħu jinkitbu wara li stħarriġ aktar preċiż żvela kif in-numru ta’ gżejjer li jaqgħu taħt l-Estonja ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment