Mariano Rajoy se jipprova jikkonvinċi lil Parlament Spanjol biex jifforma gvern f’dibattitu li se jibda fit-30 ta’ Awwissu , wara t-tieni elezzjoni f’seba’ xhur fi Spanja. Rajoy, il-mexxej tal-Partit Popolari qal ukoll li rnexxielu jiġbed miegħu lill-Partit Ċentrali żgħir Ciudadanos. Flimkien iż-żewġ partiti ma għandhomx biżżejjed siġġijiet biex jiggvernaw u għalhekk Rajoy xorta jeħtieġlu l-appoġġ jew l-astenzjoni ta’ partiti politiċi oħra. Id-dibattitu jista’ jieħu ġranet sħaħ jew itawwal saħansitra għal ħafna ġimgħat.

Rajoy qal li l-ftehim ma’ Ciudadanos huwa pass importanti biex tkun evitata elezzjoni oħra. Iż-żewġ partiti issa mistennija jinnegozjaw qbil fuq ir-riformi leġiżlattivi li qed jitlob il-partit Ciudadanos biex jagħti l-appoġġ tiegħu lil Rajoy.

Min-naħa tiegħu Rajoy qal li bħala turija ta’ rieda tajba diġa` aċċetta pakkett ta’ sitt kundizzjonijiet ippreżentat minn Ciudadanos. Il-kundizzjonijiet jinkludu riforma fil-liġi elettorali u miżuri favur aktar trasparenza u kontra l-korruzzjoni.

Il-Partit Popolari ta’ Rajoy ilu fil-gvern mill-2011, rebaħ l-aħħar elezzjoni f’Ġunju b’137 siġġu, jiġifieri jonqsu 39 siġġu ieħor biex ikollu maġġoranza minn 350 siġġu fil-parlament Spanjol. Il-Partit Soċjalista ġab it-tieni l-akbar ammont ta’ siġġijiet b’85 siġġu. L-alleanza xellugija tal-partit Unidos Podemos ġabet 71 siġġu filwaqt li Ciudadanos ġab 32 siġġu.

Is-Soċjalisti, Unidos Podemos u għadd ta’ partiti żgħar ħafna diġa` qalu li se jivvotaw kontra Rajoy. Dan ifisser li Rajoy aktarx mhux se jitħalla jerġa’ jieħu t-tmun tal-pajjiż.  Jekk Rajoy ma  jifformax gvern fit-taħdidiet li ġejjin, Spanja  tibqa’ miexja mingħajr kaptan fit-tmun u possibilment terġa’ taffaċċja t-tielet elezzjoni ġenerali.

 

 

FTIT SUSTANZA F’VENTOTENE

Lill-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi din il-ġimgħa rajnih jilqa’ lil Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel u lil President Franċiż Francois Hollande ...
Read More

SE JIRRIFLETTU DWAR IL-FUTUR TAL-EWROPA

Fis-16 ta’ Settembru l-kapijiet ta’ stat tas-27 pajjiż tal-UE se jiltaqgħu fi Bratislava biex ikomplu jirriflettu fuq il-politika Ewropea tal-futur ...
Read More

JEKK MHUX MILL-BIEB MIT-TIEQA

Din is-sena bil-baħar diġa` waslu 266, 524 immigrant fuq ix-xtut Ewropej.  3, 156 ma temmewx il-vjaġġ għax għerqu fl-ibħra tal-Mediterran ...
Read More

BIEX JAĊĊETTAW L-IMMIGRANTI JRIDU JIĦDULHOM 500,000 ROMA

L’uboš Blaha, Filosofu Marxist u membru parlamentari Slovakk qal li jekk l-Islovakkja għandha ġġorr il-piż tal-immigranti, mela l-kumplament tal-UE għandha ...
Read More

L-IMPATT INIZJALI TAL-BREXIT

Uffiċċjali tal-Bank Ċentrali Ewropew huma tal-fehma li l-impatt inizjali tal-Brexit se jinħass fil-limiti tar-Renju Unit stess għalkemm xorta għad hemm ...
Read More

RAJOY JIPPROVA JGĦAQQAD GVERN FI SPANJA

Mariano Rajoy se jipprova jikkonvinċi lil Parlament Spanjol biex jifforma gvern f’dibattitu li se jibda fit-30 ta’ Awwissu , wara ...
Read More

TINSTAB SOLUZZJONI GĦALL-ORKESTRA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ TAL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea aċċertat lill-Ewroparlamentari Alfred Sant li sabet soluzzjoni biex l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni (EUYO)  tibqa’ għaddejja bl-attivitajiet tagħha. Dan wara ...
Read More

XARABANK BLA XUFIER

Tiftakarhom il-karozzi li jimxu waħedhom, mingħajr xufier, forsi f’xi film tal-biża’ jew f’xi cartoons ta’ Scooby-doo? Fid-dinja teknoloġika tal-lum, il-karozzi ...
Read More

 

Facebook Comments

Post a comment