Il-ħatra ta’ Jose` Manuel Barroso, ex-President tal-Kummissjoni Ewropea ma’ Goldman Sachs International, ġabet reazzjoni furjuża minn politiċi Ewropej. Il-ħatra qanqlet tħassib ġdid dwar kunflitt ta’ interess li jista’ jinħoloq meta uffiċċjali għolja tal-Kummissjoni Ewropea jingħaqdu mas-settur privat meta jkunu temmew it-terminu tagħhom. Petizzjoni li tnediet mill-ħaddiema tal-Kummissjoni kontra l-ħatra l-ġdida ta’ Barroso fis-settur privat s’issa ġabret 12,000 firma.

Dwar dan l-Ombudsman Ewropew Emily O’Reilly reġgħet talbet emenda fil-kodiċi ta’ etika tal-Kummissarji Ewropej dwar l-impjieg tagħhom mal-privat meta jkun skada t-terminu tagħhom bħala Kummissarji. F’ittra indirizzata lil President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker, O’Reilly qalet li emenda fil-Kodiċi ta’ etika għandha tinkludi penali speċjali f’każijiet fejn jinstab li l-Kummissarji ma jkunux aġixxew b’integrita` meta jkun spiċċa t-terminu tagħhom.

O’Reilly staqsiet lil Juncker hemmx linji gwida għall-impjegati tal-Kummissjoni direttament involuti fin-negozjati dwar il-Brexit. L-Ombudsman Ewropew staqsiet ukoll jekk l-ex-Kummissarju Michel Barnier hux se jkollu taħdidiet ma’ Barroso. Dan għaliex issa Barroso huwa responsabbli għan-negozjati tal-Brexit f’isem Goldman Sachs.

Il-Kummissjoni ġiet mitluba tagħti risposta bil-miktub lil Ombudsman sal-14 ta’ Ottubru. Il-Kummissjoni qed tiddefendi l-kodiċi ta’ etika tagħha. Il-kodiċi huwa fost l-aktar iebes fid-dinja għax il-laqgħat kollha li jsiru ma’ uffiċċjali għolja jitniżżlu f’reġistru pubbliku.

Jose` Manuel Barroso kien il-Prim Ministru tal-Portugall bejn l-2002 u l-2004. Serva bħala President tal-Kummissjoni Ewropea bejn l-2004 u l-2014. Riċentement inħatar chairman u konsulent fil-fergħa internazzjonali tal-Bank ta’ Investiment tal-Istati Uniti Goldman Sachs. Barroso se jkun ibbażat f’Londra biex jagħti l-pariri lil dan il-bank waqt in-negozjati tar-Renju Unit mal-Unjoni Ewropea.

 

IS-SIGURTA` FUQ QUDDIEM TAL-AĠENDA

Is-Summit ta’ Bratislava tas-16 ta’ Settembru se jkun iffukat fuq is-sigurta` interna u esterna tal-Unjoni Ewropea. Għall-ewwel is-Summit kien maħsub ...
Read More

ERDOGAN XKIEL GĦAS-SĦUBIJA TAT-TURKIJA FL-EWROPA

L-applikazzjoni tat-Turkija biex issir membru tal-Unjoni Ewropa se tiffaċċja aktar xkiel sakemm jibqa’ jmexxi l-President Recep Tayyip Erdogan. Dan qalu ...
Read More

IR-RENJU UNIT IFITTEX OPPORTUNITAJIET ĠODDA

Wara li jitlaq mill-UE, ir-Renju Unit se joħloq pjan biex jibqa’ wieħed mill-aqwa pajjiżi għall-kummerċ madwar id-dinja, qalet il-Prim Ministru ...
Read More

ANQAS IMMIGRANTI JASLU L-ITALJA

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li sa Awwissu waslu 105, 663 immigrant fl-Italja, ċifra li hija 8% anqas mill-istess perijodu s-sena l-oħra ...
Read More

MA JAQBLUX DWAR IS-SANZJONIJIET RUSSI

Il-Litwanja qalet li s-sanzjonijiet fuq ir-Russja minħabba l-kunflitt tal-Ukraina għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm is-sitwazzjoni fil-pajjiż titjieb. Dan wara li s-Slovakkja ...
Read More

REAZZJONI FURJUŻA KONTRA BARROSO

Il-ħatra ta’ Jose` Manuel Barroso, ex-President tal-Kummissjoni Ewropea ma’ Goldman Sachs International, ġabet reazzjoni furjuża minn politiċi Ewropej. Il-ħatra qanqlet ...
Read More

FRANZA KONTRA T-TTIP

Fil-laqgħa tal-Ministri tal-Kummerċ li se ssir fi Bratislava fit-22/23 ta’ Settembru, Franza mhux se tagħti l-appoġġ politiku tagħha favur it-TTIP ...
Read More

ARINGI FLOK SOTTOMARINI RUSSI

Fis-snin tmenin in-navy Svediża kienet spiss tisma’ ħsejjes taħt il-baħar. Dawn il-ħsejjes għal ħafna snin ġew ikklassifikati bħala sottomarini Russi ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment