Fl-Awstrija, il-Ministru tal-Intern ġie ppreżentat b’talba bl-għan li jsir referendum ħalli l-pajjiż joħroġ mill-Unjoni Ewropea. 10,000 ċittadin Awstrijakk iridu dan ir-referendum għax qed jgħidu li kważi kull wegħda li saret lil poplu Awstrijakk 20 sena ilu biex tikkonvinċih jivvota favur sħubija fl-UE ma seħħitx. Dawn jgħidu li minflok progress, l-Awstrija marret lura f’kull qasam: il-pajjiż għandu aktar qgħad, aktar dejn, l-Awstrijaċi għandhom inqas flus fl-idejn, ir-rata tal-kriminalita` għoliet filwaqt li l-bdiewa ż-żgħar spiċċaw fix-xejn.

Facebook Comments

Post a comment