Minn din is-sena l-konsumaturi Ewropej se jsibu regoli ġodda fl-ittikkettar tal-prodotti tal-ikel. It-tikketti l-ġodda għandhom jipprovdu informazzjoni aktar ċara u korretta biex b’hekk il-konsumatur ikollu għażla aktar informata dwar dak li se jikkonsma.

Ir-regoli l-ġodda huma maħsuba biex ikunu ta’ għajnuna għall-konsumatur. L-Istess tip ta’ ttikkettar huwa meħtieġ għall-prodotti kollha mixtrijin online.
Minn dis-sena:
It-tipa trid tkun leġibbli.
Ikun identifikat l-Ikel li jikkawża allerġiji bħal gluten, lactose u lewż.
Jissemma l-pajjiż tal-oriġini tal-laħam frisk bħal majjal, tiġieġ, nagħaġ.
Indikazzjoni ċara jekk jintużaw sostituti tal-ikel.
Indikazzjoni ċara li prodott ikun iddifrostjat.
Jintqal x’tip ta’ ħxejjex intużaw fiż-żjut u xaħmijiet irfinuti.
L-operaturi tan-negozji tal-ikel ingħataw tliet snin biex jiżguraw transizzjoni tal-ittikkettar il-ġdid għall-prodotti tal-ikel.

Facebook Comments

Post a comment