Minn Marzu tal-2016 se jidħlu regoli ġodda fl-istati membri tal-UE li m’għandhomx il-munita tal-Ewro. Dawk li jieħdu ‘loan’ għad-dar tagħhom b’munita li mhix l-Ewro se jkunu jistgħu jikkonvertu s-self tagħhom f’munita alternattiva. Il-Banek se jkunu obbligati li jinformaw lil min jissellef dwar ir-riskji ta’ ħlasijiet lura jekk il-livell tar-rata tal-kambju jogħla aktar minn 20%. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li eluf kbar ta’ Pollakki u Kroati ntlaqtu ħażin għax kienu ssellfu parzjalment bil-Frank Żvizzeru li issa żied fil-valur tiegħu. Il-Polonja qed tinvestiga din il-kriżi, waqt li l-Kroazja stabbiliet rata fissa bejn il-Kuna u l-Frank Żvizzeru. L-Ungerija sena ilu illeġislat biex il-banek jikkonvertu €10 biljuni f’self f’muniti barranin fil-munita Ungeriża.

Facebook Comments

Post a comment