Mill-1 ta’ Jannar kull bank Ewropew irid ikollu pjan li fih jgħid kif se jkun ir-ristrutturar tiegħu jew kif se tkun il-proċedura li biha se jagħlaq ġaladarba l-istess bank ikun f’diffikulta`. Il-banek se jimxu fuq regoli li huma l-istess fl-Ewropa kollha.

F’każ li l-bank ikollu kriżi, l-investituri se jintalbu jidħlu biex jagħtu l-kontribut tagħhom. L-ewwel jissejħu ix-‘shareholders’ u warajhom il-kredituri tal-bank. Flimkien iridu jagħmlu tajjeb għal 8% tat-telf tal-assi kollha tal-bank. Wara dan il-proċess jibdew jintużaw fondi pubbliċi. Depożiti ta’ individwi li jammontaw inqas minn €100,000 se jkunu protetti dejjem.
Kull stat membru se jkollu jibni fond monetarju, permezz tas-sehem tal-banek ta’ pajjiżu stess biex b’hekk, f’kas ta’ kriżi bankarja, l-istess banek ikunu jistgħu jieħdu ‘loan’ minn dan il-fond.

Facebook Comments

Post a comment