In-numru ta’ ljieli li t-turisti qattgħu fl-istati membri tal-Unjoni Ewropea fl-2014 żdied b’1.7% fuq l-2013. Franza tibqa’ l-iktar destinazzjoni popolari minkejja li rreġistrat tnaqqis (-1.2%). Warajha jiġu Spanja (+3.1%), l-Italja u l-Ġermanja (+2.9%). Kien hemm 2.7 biljun lejl, żjieda ta’ 1.7% fuq 2013. Wara l-kriżi finanzjarja ta’ 2009, reġa’ beda jiżdied it-turiżmu b’mod konsistenti.
Pajjiżi bħall-Latvia, il-Belġju, l-Portugall u l-Greċja rreġistraw tkabbir sostanzjali fin-numru ta’ ljieli b’żjieda ta’ 11.1%, 7.2%, 7.1% u 6.9% rispettivament. In-numru ta’ ljieli naqsu fl-Islovakkja (-5.5%), il-Finlandja (-1.9%) u l-Italja (-1.8%), għalkemm din tal-aħħar xorta tibqa’ t-tielet destinazzjoni popolari.

Facebook Comments

Post a comment