Wara erba’ snin ta’ negozjati mal-Iżvizzera l-UE qed twissi li wasal iż-żmien li jintlaħaq qafas regolatorju ġdid bejn iż-żewġ naħat.

In-negozjatur Żvizzeru Roberto Balzaretti stqarr li pajjiżu jixtieq relazzjonijiet tajbin mal-UE iżda qal ukoll li huwa fl-interess ta’ pajjiżu li jiġi ffirmat ftehim li jkun tajjeb.

Iż-żewġ naħat wettqu ħafna xogħol tekniku u rnexxielhom isibu kompromess għal ftehim f’bosta oqsma.  Ġiet diskussa l-għajnuna tal-istat, iżda fadal jintlaħaq qbil fl-oqsma li l-aktar joħolqu diżgwid bejn iż-żewġ naħat fosthom il-qasam tas-suq tax-xogħol u d-dritt tal-ħaddiema Ewropej li jaħdmu fl-Iżvizzera. Dan il-pajjiż ma jridx jinkoraġġixxi ħaddiema Ewropej jaħdmu hemmhekk. Il-Kummissjoni Ewropea ma taqbilx li ħaddiema Ewropej ikunu diskriminati biex isibu xogħol fl-Iżvizzera.

Biex jintlaħaq qbil fin-negozjati,  iż-żewġ naħat jeħtieġ li jċedu f’dak li jemmnu.

JOUROVA GĦADHA MA WEĠBITX GĦALL-AKKUŻI TA’ ALFRED SANT

Il-Kummissarju Vera Jourova għadha ma tatx dettalji dwar x’azzjonijiet ħadet jew x’każijiet qed tipprepara biex tinvestiga l-Kummissjoni Ewropea dwar attivitajiet ...
Read More

DIŻGWID DWAR IL-BAĠIT TALJAN

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker qal li ma jistax jaċċetta ż-żieda fl-infiq ippjanat mill-Gvern Taljan fil-baġit nazzjonali. Juncker qal ...
Read More

GWERRA FUQ KULL FRONT GĦAL MAY

Kull tip ta’ ftehim li tista’ tilħaq il-Prim Ministru Theresa May mal-UE jrid l-appoġġ minn tal-inqas ta’ 325 deputati parlamentari ...
Read More

RELAZZJONIJIET IMDENDLA MAL-IŻVIZZERA

Wara erba’ snin ta’ negozjati mal-Iżvizzera l-UE qed twissi li wasal iż-żmien li jintlaħaq qafas regolatorju ġdid bejn iż-żewġ naħat ...
Read More

GĦAWDEX JEĦTIEĠ L-GĦAJNUNA TAL-ISTAT

Għawdex jeħtieġ l-intervent u l-għajnuna tal-istat biex jissaħħaħ bħala destinazzjoni Ewropea u bħala destinazzjoni nazzjonali u jkompli jtejjeb il-konnettivita` tiegħu ma’ ...
Read More

IRIDU JIBAGĦTU L-IMMIGRANTI LURA N-NIĠERJA

Franza u l-Italja bdew ħidma konġunta man-Niġerja għal ritorn ta’ immigranti Niġerjani lejn pajjiżhom. Dwar dan saret laqgħa bejn il-Kummissarju ...
Read More

ALFRED SANT FAVUR  ŻIEDA TA’ 5% TAL-PAGA MINIMA FL-UE

Alfred Sant qal li jeħtieġ naħdmu biex fuq livell Ewropew il-paga minima nazzjonali tkun aġġustata fl-UE biex tirrifletti l-kundizzjonijiet tal-pajjiżi ...
Read More

KONTRA L-IFFINANZJAR TA’ MILIZJI MILITARI FIL-LIBJA

Il-Banek Ċentrali tal-istati membri tal-UE għandhom ikunu sorveljati biex ma jintefqux flus fuq traffikar ta’ żejt, traffikar ta’ nies u ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment