Il-Kummissjoni Ewropea ordnat lil kumpanija tal-gass Russa Gazprom biex timxi ma’ numru ta’ regoli bl-għan li tissaħħaħ il-kompetizzjoni fis-suq tal-gass fl-Ewropa ċentrali u dik tal-Lvant.

Gazprom qed tkun akkużata li kisret ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE u li qed tabbuża mill-pożizzjoni dominanti tagħha fil-Lvant tal-Ewropa u fl-Ewropa Ċentrali. Il-Kummissjoni Ewropea imponiet numru ta’ obbligazzjonijiet għal perijodu ta’ tmien snin sakemm jiġu fi tmiemhom għadd ta’ prattiċi li jmorru kontra l-kompetizzjoni.

“Dawn l-obbligazzjonijiet se jbiddlu drastikament il-mod kif qed topera Gazprom fiċ-Ċentru u l-Lvant tal-Ewropa, għal benefiċċju tal-miljuni ta’ konsumaturi Ewropej li jsaħħnu darhom, li jsajru l-ikel tagħhom u wkoll għal benefiċċju tan-negozji Ewropej li jiddependu mill-produzzjoni tal-gass”, qalet Margrethe Vestager, il-Kummissarju għall-Kompetizzjoni.

Fost bosta miżuri l-Kummissjoni ordnat lil Gazprom biex tneħħi r-restrizzjonijiet li ma jħallux lil bejjiegħa jerġgħu jbigħu l-gass li jixtru minn għandha. Il-Kummissjoni Ewropea ordnat lil Gazprom biex ma tiħux vantaġġ mill-pożizzjoni dominanti tagħha dwar il-kontroll u l-aċċess għall-infrastruttura tal-gass. Il-konsumaturi se jibbenefikaw ukoll minn sistema li tiżgura li l-prezz li qed iħallsu jaqbel ma’ dak li qed jitħallas fil-punent tal-Ewropa.

“Jekk Gazprom ma timxix ma’ dawn l-obbligazzjonijiet, il-konsegwenzi jistgħu jkunu serji”, qalet Vestager. Għalkemm ma sarux sanzjonijiet s’issa, ksur ta’ dawn ir-regoli jfisser multa għal kumpanija Russa.

IL-POPULISTI MA JRIDUX ESPERTI FINANZJARJI JMEXXU L-ITALJA

L-Ewropa tistenna l-iżviluppi fl-Italja wara li l-President Taljan Mattarella ma aċċettax il-ħatra ta’ Paolo Savona bħala Ministru tal-Finanzi fil-gvern li ...
Read More

JONQSU L-IMMIGRANTI FIL-MEDITERRAN ĊENTRALI, JIŻDIEDU FIL-LVANT

Kien hemm tnaqqis fil-wasliet tal-immigranti fil-Mediterran Ċentrali, iżda żdiedu l-immigranti fil-Lvant tal-Mediterran. F’April kien hemm 10, 500 traġitt irregolari fir-rotot ...
Read More

JIKKONTESTA DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI EWROPEA DWAR MALTA

F’Mistoqsija Parlamentari urġenti lill-Kummissjoni Ewropea Alfred Sant ikkontesta dikjarazzjoni tal-KE li qalet li rakkomandazzjonijet speċifiċi dwar ‘non-performing loans’ kienu indirizzati ...
Read More

ALI KHAMENEI JŻID IL-PRESSJONI FUQ L-EWROPEJ

Il-Mexxej Suprem tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, Ayatollah Ali Khamenei, qed jitfa’ pressjoni fuq l-Ewropej, b’lista ta’ ilmenti għal pajjiżu biex jibqa’ ...
Read More

IL-BULGARIJA BARRA Ż-ŻONA EWRO

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-Bulgarija għadha ma laħqitx il-kundizzjonijiet kollha biex tadotta l-munita ewro f’analiżi dwar il-pajjiżi futuri kandidati biex ...
Read More

L-EBDA GARANZIJA  DWAR PENSJONIJIET U INSURANCES WARA L-BREXIT

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Waldis Dombrovskis qal li l-UE ma tistax tagħti garanziji li – irrispettivament mir-riżultati tan-negozjati dwar il-Brexit ...
Read More

RESTRIZZJONIJIET FUQ GAZPROM

Il-Kummissjoni Ewropea ordnat lil kumpanija tal-gass Russa Gazprom biex timxi ma’ numru ta’ regoli bl-għan li tissaħħaħ il-kompetizzjoni fis-suq tal-gass ...
Read More

FAVUR FINANZJAMENT SOSTENIBBLI GĦALL-INDUSTRIJI ŻGĦAR U MEDJI

L-istrateġiji tal-UE għal finanzjamenti sostenibbli tal-qasam tal-manifattura għandhom jimmiraw speċifikament lill-industriji żgħar u medji (SMEs). Dan qalu Alfred Sant meta ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment