Il-Finlandiżi li qed jistennew tarbija jingħataw kaxxa mill-istat. Fiha jkun hemm ħwejjeġ, nappies, lożor, ktieb bl-istampi u ġugarelli. Il-kaxxa nnifisha tista’ tintuża bħala sodda għat-tarbija għax fiha jkun hemm ukoll saqqu. Il-kaxxa hija rigal li l-istat jagħti lil kull omm tqila.
Din id-drawwa ilha ssir għal dawn l-aħħar 75 sena, u l-għan tagħha huwa li kull tarbija li titwieled fil-Finlandja tibda l-ħajja bl-istess mod, irrilevanti mill-kunest familjari. Il-kontenut tal-kaxxa nbidel tul iż-żmien. It-tibdil juri t-tibdil li jġib miegħu ż-żmien. Pereżempju fis-snin tletin u erbgħin il-kaxxi kien ikollhom id-drapp għax l-ommijiet kienu jħitu l-ilbiesi tat-trabi tagħhom huma. Fil-ħamsinijiet bdew deħlin il-ħwejjeġ lesti u fl-aħħar tas-sittinijiet fil-kaxxa bdew jidħlu id-disposable nappies.
Jintqal li l-ommijiet Finlandiżi huma fost l-aktar ommijiet kuntenti fid-dinja. Minjaf hekk hux minħabba l-kaxxa?

Facebook Comments

Post a comment