Is-sajjieda tradizzjonali Maltin imħassba dwar kemm jistgħu jżommu fil-wiċċ fis-sajd tal-pixxispad. F’laqgħa mal-MEP Alfred Sant, is-sajjieda qalu li fit-tqassim tal-kwota Maltija, huma se jmorru ħażin waqt li l-kbar se jingħataw in-nifs.

L-Għaqda Internazzjonali tas-Sajd bdiet iddaħħal kwoti fuq is- sajd tal-pixxispad għall-pajjiżi differenti. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li 70.7% tal-kwota totali tal-qbid tal-pixxispad se jmur għall-Unjoni Ewropea, 5.2% għall-Alġerija, 9.9% lil Marokk, 9.6% lit-Tuneżija u 4.2% lit-Turkija.

Il-pajjiżi tal-Unjoni għad iridu jiddiskutu l-qsim tal-kwota bejniethom. L-Italja hija l-aktar pajjiż li tistad din il-ħuta (45%), warajha l-Marokk (14%), Spanja (13%), il-Greċja (10%) u t-Tuneżija (7%).

Il-KE qalet li l-kwota tal-qbid tal-pixxispad se tonqos bi 2% fis-sena. L-Unjoni qalet li se tipprovdi fondi bħala għajnuna għas-sajjieda. Skont l-NGO Oceana, il-popolazzjoni tal-pixxispad naqset b’70% fi tletin sena.

X’SE JGĦIDU F’RUMA GĦALL-PROPOSTI TA’ VERSAILLES?

Franza, il-Ġermanja, l-Italja u Spanja qablu f’Versailles  favur livelli differenti ta’ integrazzjoni fost l-istati membri tal-UE, ftit ġranet qabel is-summit ...
Read More

IRIDU EWROPA AĦJAR

Il-pajjiżi tal-VISEGRAD - il-Polonja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja qed iwissu kontra ‘d-diżintegrazzjoni’ tal-Ewropa. Dawn qalu li kull forma ta’ ...
Read More

IL-PASSAT RIĊENTI VITALI GĦALL-FUTUR

Il-Kap tad-delegazzjoni Maltija Laburista fil-Parlament Ewropew Dr Alfred Sant qal li d-deċiżjonijiet fuq il-futur tal-Ewropa għandhom ikunu msejsa fuq analiżi ...
Read More

IL-KE TANALIZZA L-ISFIDI EKONOMIĊI TAS-27 STAT MEMBRU

Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat lista tal-isfidi ekonomiċi ewlenin li qed jaffaċċjaw l-istati membri tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Greċja. Il-Kummissjoni nnotat progress fir-riformi fis-settur ...
Read More

IS-SOVRANITA` FIT-TASSAZZJONI TRID TKUN IMĦARSA

L-applikazzjoni tal-Għajnuna tal-Istat (State Aid Rules) tal-Unjoni Ewropea fil-politika tat-tassazzjoni tirbaħ fuq is-sovranita` li l-istati membri għad għandhom fit-tassazzjoni skont ...
Read More

JINTBAGĦTU LURA PAJJIŻHOM

L-Unjoni Ewropea trid tgħaġġel il-proċess ta’ sħubija ma’ ħames pajjiżi Afrikani biex ikun implimentat il-ftehim dwar l-immigrazzjoni. Il-ftehim ġie addottat ...
Read More

SAJJIEDA MALTIN IMĦASSBA BIL-KWOTI TAL-PIXXISPAD

Is-sajjieda tradizzjonali Maltin imħassba dwar kemm jistgħu jżommu fil-wiċċ fis-sajd tal-pixxispad. F’laqgħa mal-MEP Alfred Sant, is-sajjieda qalu li fit-tqassim tal-kwota ...
Read More

AKTAR KONTROLLI MAL-FRUNTIERI

Il-Ġermanja u Franza kitbu lill-Kummissjoni Ewropea biex tissaħħaħ l-azzjoni kontra t-theddida tat-terroriżmu u ssir riforma fuq il-kodiċi tax-Schengen. L-ittra saħqet ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment