L-UE ħabbret sanzjonijiet fuq sitt entitajiet li qed jieħdu sehem fil-bini ta’ Kerch Bridge, pont li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea.

Fil-15 ta’ Mejju l-UE kkritikat il-ftuħ parzjali ta’ dan il-pont twil 19-il km.

L-entitajiet sanzjonati huma AO ‘Institute Giprostroymost – Saint-Petersburg’, responsabbli mid-disinn tal-pont, Stroygazmontazh Corporation (SGM Group), li kisbu kuntratt pubbliku għal bini tal-pont, u sussidjarju tagħhom Stroygazmontazh Most OOO, u PJSC Mostotrest, li ħadu kuntratt pubbliku għal manutenzjoni tal-pont.

JSC Zaliv Shipyard, li ħadu sehem fil-bini tal-linji ġodda tal-ferrovija għal Kerch Bridge u CJSC VAD, kuntrattur ewlieni għal bini tal-motorway ta’ fuq il-pont u ta’ toroq oħra li jagħtu għal pont ukoll huma suġġetti għas-sanzjonijiet.

Is-sanzjonijiet ifissru iffriżar tal-assi fl-UE, jiġifieri l-assi kollha ta’ dawn il-kumpaniji fl-UE huma ffriżati u persuni u entitajiet Ewropej ma jistgħux jagħtuhom flejjes.

L-UE qalet li bl-aġir tagħhom dawn il-kumpaniji appoġġjaw il-kontroll tar-Russja fuq il-peniżola tal-Krimea li ġiet anniħilata illegalment, aġir li allura jnaqqas mis-sovranita` u l-indipendenza tal-Ukraina.

L-ITALJA MWISSIJA DWAR INFIQ BL-ADDOĊĊ FL-INFRASTRUTTURA

L-Italja rċeviet twissija mill-Kummissarju tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji Pierre Moscovici wara li l-Gvern Taljan ħabbar pjanijiet li jżid l-investimenti fl-infrastruttura ...
Read More

IL-LEMIN ESTREM IŻID L-APPOĠĠ FL-ISVEZJA

L-Isvezja tmur tivvota fid-9 ta’ Settembru bil-votazzjoni diġa` miftuħa għall-Isvediżi li jgħixu barra pajjiżhom. Il-partit populist tal-lemin Demokratiċi Svediżi żied ...
Read More

JEGĦRQU 1,514 IMMIGRANT FIL-MEDITERRAN

1,514-il persuna tilfu ħajjithom fil-baħar Mediterran mill-bidu tal-2018 ’l hawn filwaqt li 57, 571 persuna daħlu fl-UE b’din ir-rotta, skont ...
Read More

IL-ĠERMANJA TNEĦĦI S-SANZJONIJIET KONTRA T-TURKIJA

Il-Ġermanja neħħiet is-sanzjonijiet ekonomiċi kontra t-Turkija li daħlu fis-seħħ f’Lulju 2017. F’dak iż-żmien Berlin daħħal limitu massimu ta’ €1.5 biljun ...
Read More

PARIR BIEX ĠUDIKANTI POLLAKKI JIĠU SOSPIŻI

Ġudikaturi mill-Istati Membri tal-UE qed jippjanaw biex jissospendu lil Polonja minħabba l-indħil politiku fis-sistema legali Pollakka. Il-European Network of Councils ...
Read More

SANZJONIJIET DWAR PONT LI JGĦAQQAD IR-RUSSJA MAL-KRIMEA

L-UE ħabbret sanzjonijiet fuq sitt entitajiet li qed jieħdu sehem fil-bini ta’ Kerch Bridge, pont li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea ...
Read More

PRODUTTURI TAL-KAROZZI EWROPEJ JIEĦDU N-NIFS

Produtturi tal-karozzi Ewropej ħadu n-nifs wara l-aħħar laqgħa bejn Jean-Claude Juncker u l-President Amerikan Trump dwar il-kummerċ bejn iż-żewġ naħat ...
Read More

ANQAS QGĦAD FIŻ-ŻONA EWRO

F’Ġunju l-qgħad fiż-żona ewro kien ta’ 8.3%, meta mqabbel ma’ 9% fl-istess perijodu tas-sena l-oħra. Din hija l-inqas rata ta’ ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment