Il-Ministri tal-ECOFIN fetħu l-prospetti ta’ sanzjonijiet finanzjarji kontra Spanja u l-Portugall  li ma osservawx ir-regoli tal-Budget bejn 2013-2015. L-istess Ministri huma mħassba li dawn is-sanzjonijiet jistgħu jkomplu jgħattnu liż-żewġ pajjiżi Iberiċi u jkomplu jrewħu l-mewġa ta’ ewroxettiċiżmu fl-istess pajjiżi.

Il-Kunsill tal-Ministri nnota li Spanja u l-Portugall ma addottawx miżuri effettivi  bejn 2013-2015 fuq livell Ewropew. Dan jista’ jwassal għal sanzjonijiet finanzjarji kontra ż-żewġ pajjiżi li jkunu multi finanzjarji sa 0.2% tal-Prodott Gross Nazzjonali. Is-sanzjonijiet jistgħu jinkludu wkoll l-iffriżar tal-fondi strutturali Ewropej.

Din id-deċiżjoni ntlaqgħet tajjeb mill-Ġermanja, l-Olanda u l-Finlandja li jaqblu mal-osservanza tar-regoli. Id-deċiżjoni hija wkoll twissija għal pajjiżi oħra taż-żona Ewro, inkluż lil Franza, biex jevitaw il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha 20 ġurnata biex tressaq il-proposti lill-Kunsill Ewropew għas-sanzjonijiet kontra Spanja u l-Portugall. Wara, il-pajjiżi taż-żona Ewro (eskluż Spanja u l-Portugall) ikollhom għaxart ijiem biex jopponu l-adozzjoni tas-sanzjonijiet b’maġġoranza kwalifikata.

Qabel il-Kummissjoni tressaq il-proposti tagħha, Madrid u Lisbona għandhom għaxart ijiem biex jiddikjaraw il-pożizzjoni tagħhom. Il-Portugall u Spanja qed jgħidu li d-deċiżjoni tal-ECOFIN ma qisitx l-isforzi li għamlu biex itejbu l-qagħda finanzjarja ta’ pajjiżhom.

Il-Ministru tal-Finanzi Franċiż Sapin qal li “Ma rridux nagħtu sinjal li ma baqax regoli, iżda ma rridux nissanzjonaw biex inkunu issanzjonajna”. Il-Ministru Malti Edward Scicluna qal li “Hemm linja irqiqa li tissepara bejn li ninjoraw ir-regoli u bejn li ninkoraġġixxu l-Ewroxettiċimu”.

Il-Kummissjarju għall-Ewro Valdis Dombrovskis qal li Spanja u l-Portugall naddfu l-finanzi pubbliċi ta’ pajjiżhom biex jagħtu nifs lill-ekonomija tagħhom. Il-KE se tinnota l-isforzi li saru u l-kriżi finanzjarja li kellhom iż-żewġ pajjiżi fl-aħħar snin qabel tieħu deċiżjoni.

 

FIL-LIMBU

L-Unjoni Ewropea tinsab f’limbu politiku. Wara l-kriżijiet tal-Greċja, tal-Ewro, tal-immigrazzjoni, tat-terroriżmu, issa għandha l-akbar kriżi. Dik tal-BREXIT. Sa issa l-ebda ...
Read More

SANZJONIJIET SIMBOLIĊI KONTRA SPANJA U L-PORTUGALL

Il-Ministri tal-ECOFIN fetħu l-prospetti ta’ sanzjonijiet finanzjarji kontra Spanja u l-Portugall  li ma osservawx ir-regoli tal-Budget bejn 2013-2015. L-istess Ministri ...
Read More

L-UNJONI EWROPEA QED TIDHER INEFFETTIVA

L-inkoerenzi fid-deċiżjonijiet meħuda mill-Unjoni Ewropea fl-aħħar sitt xhur komplew aktar jiżdiedu. Dan qalu l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu ...
Read More

IL-BANEK IŻ-ŻGĦAR TAL-UE JILMENTAW MINN PIŻIJIET SPROPORZJONATI

Ħafna banek żgħar fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea qed jilmentaw li l-ħtiġijiet ġodda imposti fuqhom qed jgħabbuhom b’piżijiet sproporzjonati. Il-Kummissarju Ewropew Valdis ...
Read More

IL-PRESIDENZA SLOVAKKA KONTRA TIBDIL FIT-TRATTATI

Il-Prim Ministru Slovakk Robert Fico qal li matul il-Presidenza Slovakka mhux qed jippjana tibdil fit-trattati bħala parti mir-riformi tal-Unjoni Ewropea ...
Read More

IL-FLESSIBILITA` FIT-TASSAZZJONI IMPORTANTI GĦALL-GVERNIJIET NAZZJONALI

Il-kompetizzjoni fit-tassazzjoni għandha tibqa’ responsabbiltà tal-gvernijiet nazzjonali tal-membri stati tal-Unjoni Ewropea. Jekk l-UE tnaqqas il-flessibilità fil-politika tat-tassazzjoni tkompli tagħmel ħsara akbar ...
Read More

IL-BALKANI PARTI MILL-PROĠETT EWROPEW

Federica Mogherini, responsabbli mill-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-UE, qalet li l-proċess tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea se jkompli minkejja l-BREXIT ...
Read More

ESTIŻI S-SANZJONIJIET RUSSI

Il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea qablu b’vot unanimu li jestendu s-sanzjonijiet fuq ir-Russja sa Jannar 2017. Aktar kmieni din is-sena, l-Assemblea ...
Read More

XITA TA’ FRIEFET F’ PARIĠI

Is-servizzi tas-sigurtà Franċiżi ftit basru li eluf kbar ta’ friefet kienu se jinvadu Stade de France fil-kapitali Franċiża minn 24 ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment