Alfred Sant wiegħed li se jibqa’ impenjat fil-ħarsien tal-interess tal-Maltin u l-Għawdxin fil-qasam tar-relazzjonijiet mal-Ewropa sal-aħħar tal-mandat parlamentari preżenti u wara, skont xi jkunu ċ-ċirkostanzi personali tiegħu, b’ottimiżmu u diliġenza. Dr Sant qal li se jibqa’ jagħti attenzjoni bla waqfien biex nagħrfu minn qabel, u biex nifhmu, kif il-bidliet u l-iżviluppi fl-Ewropa jistgħu jaffettwaw lil Maltin u l-Għawdxin, għat-tajjeb jew għall-ħażin.
Alfred Sant qal dan f’messaġġ tal-Ewwel tas-Sena.
“ L-importanti hu li pajjiżna u s-soċjetà tagħna jibqgħu jieħdu vantaġġ xieraq minn kull opportunità xierqa li tinfetaħ quddiemna fl-Ewropa u lil hinn minnha. J’alla nibqgħu ngħixu bħala soċjetà fi progress ekonomiku u soċjali li jissarraf f’solidarjetà, ġustizzja soċjali u ħajja hienja.”
Dr Sant qal li matul l-aħħar sena, f’pajjiżna rajna jseħħ titjib ekonomiku qawwi. B’dan għandna nkunu sodisfatti u nkomplu nistinkaw biex it-titjib insostnuh.
“Veru li miegħu ġab problemi soċjali u oħrajn – uħud minnhom ġodda għal pajjiżna… fosthom dawk ta’ kif se naffaċċjaw u naddattaw għaċ-ċirkostanzi ġodda li joħloq l-istess progress. Irridu nagħmlu dan b’effiċjenza, b’qies u fuq kollox b’ġustizzja soċjali.”
Dr Sant qal li mqabbla maċ-ċirkostanzi ta’ ħafna pajjiżi fl-Ewropa, tagħna jirriflettu tajjeb fuq il-ħidma tan-nazzjon Malti.
Tista’ ssegwi l-messaġġ ta’ Alfred Sant fuq din il-link.
https://www.youtube.com/watch?v=hdLfA4nTzJQ

SE NIBQA’ NĦARES L-INTERESS TA’ MALTA FL-EWROPA
Read More

IŻ-ŻONA EWRO SE JKOLLHA L-BAĠIT TAGĦHA
Read More

FRANZA SE DDAHHAL €500 MILJUN FIS-SENA
Read More

JAQBLU LI JIFTEHMU DWAR IL-BAĠIT EWROPEW
Read More

IR-RUMANIJA ORDNATA TIRKUPRA €350 MILJUN F’GĦAJNUNA TAL-ISTAT ILLEGALI
Read More

€122 MILJUN GĦAR-REFUĠJATI SIRJANI
Read More

L-UE IĠĠEDDED IS-SANZJONIJIET KONTRA R-RUSSJA
Read More

IL-POLONJA ORDNATA TBIDDEL IL-LIĠI DWAR IL-ĠUDIKATURA
Read More
Post a comment