Seba’ pajjiżi qalu li volontarjament se jagħtu l-flejjes lil Pjan ta’ Juncker permezz tal-banek ta’ investiment nazzjonali tagħhom: Il-Ġermanja (€8 biljun), Franza (€8 biljun), l-Italja (€8 biljun), il-Polonja (€8 biljun), Spanja (€1.5 biljun), l-Islovakkja (€400 miljun) u l-Lussemburgu (€80 miljun).

Il-Pjan ta’ Investiment ta’ Juncker huwa mistenni li jattira €315 biljun f’investimenti ġodda fuq perijodu ta’ 3 snin. Dwar kontribuzzjonijiet minn pajjiżi barra ż-żona ewro, il-Kummissjoni Ewropea qalet li ġiet ikkuntattjata minn stakeholders minn barra l-UE, fosthom miċ-Ċina, imma għad ma hemmx figuri ċerti f’dan l-istadju għax it-taħditiet għadhom għaddejjin bejn iż-żewġ naħat.

Facebook Comments

Post a comment