Il-Kapijiet tal-istati membri tal-UE fi tmiem din il-ġimgħa jiltaqgħu fi Brussell għas-Summit Ewropew. Dan is-Summit mistenni jkun iddominat mill-politika tal-kummerċ tal-UE li qed tkun ikkritikata minħabba l-ftehim mal-Kanada, in-negozjati li għaddejjin mal-Istati Uniti dwar TTIP, il-kompetizzjoni inġusta miċ-Ċina bil-produzzjoni żejda tal-azzar, u l-kummerċ mal-Ġappun. L-opinjoni pubblika fl-Ewropa daret kontra l-UE f’dan ir-rigward u l-Kunsill irid jirreaġixxi għat-tħassib taċ-cittadini Ewropej.

Suġġetti oħra fuq il-mejda tad-diskussjoni se jkunu fuq ir-rotot tal-immigranti mill-punent tal-Balkani, il-ftehim tal-UE mat-Turkija dwar l-immigrazzjoni u l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea biex ikunu identifikati dawk li jivvjaġġjaw fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Il-Ministri tal-Intern tal-UE diġa` approvaw dokument li jħaffef ir-ritorn tal-immigranti lejn pajjiżhom.

L-involviment tar-Russja  fis-Sirja wkoll mistenni jkun diskuss. Is-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja reġgħu ġew estiżi f’Ġunju li għadda u jibqgħu fis-seħħ sa Jannar 2017. Ftit jidher li hemm possibilta` li jkunu mtawla aktar minkejja l-bumbardamenti ta’ Aleppo.

Fis-Summit mistennija wkoll interventi mill-Olanda u mir-Renju Unit. Il-Prim Ministru Olandiż Mark Rutte mistenni jindirizza l-Kunsill dwar ir-riżultati tar-Referendum f’pajjiżu li ma approvax it-trattat ta’ Assoċċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina.

Il-Prim Ministru Theresa May, fl-ewwel dehra tagħha f’Summit tal-UE, mistennija tagħti l-ewwel reazzjoni tagħha dwar il-BREXIT, iżda xejn ġdid mhu mistenni li jingħad f’dan il-qasam.  Ħafna qed jistennew ir-reazzjoni tal-Kunsill dwar l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-BREXIT għas-27 pajjiż li se jkun baqa’ fl-Unjoni Ewropea. Dan huwa importanti ħafna biex l-Ewropa tilqa’ għall-isfidi ġodda li għandha quddiemha.

 

SFIDI ĠODDA GĦALL-EWROPA

Il-Kapijiet tal-istati membri tal-UE fi tmiem din il-ġimgħa jiltaqgħu fi Brussell għas-Summit Ewropew. Dan is-Summit mistenni jkun iddominat mill-politika tal-kummerċ ...
Read More

 L-IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI TAL-BREXIT GĦANDHOM IKUNU SPJEGATI

Alfred Sant talab lill-istituzzjonijiet Ewropej li huma involuti fin-negozjati dwar il-BREXIT, biex ikunu ċari kemm jistgħu lejn iċ-ċittadini Ewropej dwar ...
Read More

REAZZJONIJIET KONTRASTANTI GĦALL-BREXIT

Qed ikun hemm reazzjonijiet kontrastanti mis-setturi tal-kummerċ madwar id-dinja dwar l-effetti tal-BREXIT. Il-prospett li r-Renju Unit  joħroġ mill-Unjoni Ewropea qed ...
Read More

IL-ĠERMANJA U L-AWSTRIJA JESTENDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI

Il-Ġermanja u l-Awstrija talbu estensjoni ta’ sitt xhur oħra għat-tkomplija tal-kontrolli fuq il-fruntieri tagħhom.  Fit-12 ta’ Mejju  il-Ġermanja, l-Awstrija, L-Isvezja, ...
Read More

APPROVAT RAPPORT TA’ ALFRED SANT DWAR PRIJORITAJIET EKONOMIĊI TAL-UE

Rapport dwar il-prijoritajiet ekonomiċi tal-UE għas-sena 2017 u ppreżentat mill-Ewroparlamentari Alfred Sant ġie approvat mill-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew ...
Read More

L-EWROPA BŻONN RIFORMI LI JINKORAĠĠIXXU L-INVESTIMENTI

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Franċiż François Villeroy de Galhau qal li l-Ewropa għandha bżonn riformi li jinkoraġġixxu l-investimenti u saħaq li ...
Read More

MHUX KULL PAJJIŻ QED IŻOMM ID-DETTALJI TAL-PASSIĠĠIERI MIL-LINJI TAL-AJRU

Numru ta’ stati membri għadhom ma implimentawx pjan fejn il-linji tal-ajru jkunu mitluba jżommu dettalji dwar passiġġieri li jtiru magħhom ...
Read More

B’€1 IL-PARLAMENT EWROPEW JAKKWISTA MUŻEW

Il-Parlament Ewropew beda jikri binja li kienet id-dar tal-artist Belġjan Antoine Wiertz għal prezz simboliku ta’ €1. Il-binja, li saret ...
Read More

 

Facebook Comments

Post a comment