Il-lemin estrem fl-Ewropa qed jagħmel tiegħu il-kunċett ta’ Ewropa tan-nazzjonijiet waqt li miljuni ta’ Ewropej iħossuhom maqtugħin mill-Istituzzjonijiet Ewropej. Dan qalu Alfred Sant lil studenti Universitarji waqt laqgħa informali ma’ JEF MALTA, oganizzazzjoni studenteska li stidnitu jieħu sehem f’dibattitu dwar l-integrazzjoni Ewropea fl-Universita` ta’ Malta.
L-MEP Laburista qal li ħafna Ewropej iħossuhom skonnettjati mill-Parlament Ewropew. Waħda mill-problemi hija li ħafna MEPs huma maqtugħin mill-ħajja ta’ kuljum u mit-tħassib tal-kostitwenti tagħhom. Ħafna kandidati Ewropej jintagħżlu mill-partiti tagħhom biex jikkontestaw fuq il-lista tal-partiti tagħhom għall-elezzjonijiet Ewropej. Dawn jintagħżlu f’sekwenza u jiġu eletti awtomatikament skont kemm il-partit jikseb siġġijiet fuq bażi proporzjonali
“F’Malta u fl-Irlanda biss l-MEPs jiġu eletti direttament mill-elettorat.” qal Dr Sant.
L-istudenti Universitarji qalu li jixtiequ aktar responsabbilta` demokratika fl-Istituzzjonijiet Ewropej. Huma jixtiequ li l-President tal-Kummissjoni Ewropea jkun elett direttament miċ-ċittadini Ewropej. Qalu li fi ħdan JEF għandhom pożizzjoni anqas federalista minn delegazzjonijiet nazzjonali oħra u huma aktar favur integrazzjoni Ewropea fuq bażi pragmatika.
VUĊI WAĦDA FL-EWROPA
Read More
IRIDU JKEĊĊU LIL ORBAN MILL-PPE
Read More
MACRON IWIEGĦED ‘RINAXXIMENT’ EWROPEW
Read More
JUNCKER SKREDITAT FL-UNGERIJA
Read More
FORTIZZA TRUMP FIL-POLONJA
Read More
SKONNETTJATI MILL-ISTITUZZJONIJIET EWROPEJ
Read More
FONDI GĦALL-BDIEWA
Read More
IL-BELARUS IĦARES LEJN IL-PUNENT
Read More
Post a comment