Spanja ċerta li din is-sena se jkollha defiċit ta’ 4.2% fil-waqt li l-Kummissjoni temmen li Spanja se jkollha defiċit akbar minn hekk u li l-baġit ippreżentat minn Spanja qiegħed f’riskju li ma jaqbilx mar-regoli tal-Unjoni Ewropea.

Skont il-Kummissjoni, id-defiċit ta’ Spanja se jkun 4.5% tal-GDP fl-2015 u 3.5% fl-2016 flok 4.2% għal din is-sena u 2.8% għas-sena d-dieħla, kif kien miftiehem fuq livell Ewropew. Il-Gvern Spanjol qed jgħid li se jkollu tkabbir ta’ 3.3% tal-PGD fl-2015 u ta’ 3% fl-2016 filwaqt li l-Kummissjoni qed tbassar li t-tkabbir se jkun ta’ 3.1% tal-PGD fl-2015 u 2.7% fl-2016

Il-Kummissjoni damet aktar mis-soltu biex ħabbret it-tbassir tagħha. Dan ma rriflettiex tajjeb fil-gazzetti Spanjoli li interpretaw dan id-dewmien bħala xkiel għal gvern Spanjol li se jaffaċċja elezzjoni ġenerali fix-xhur li ġejjin. Il-Kumissjoni għamlitha ċara li ma kien hemm xejn minn dan u li d-dewmien kien dovut minħabba li l-Kummissjoni xtaqet tinkludi r-riżultati tal-monitoraġġ li għamlu t-tliet istituzzjonijiet f’Madrid skont kif maqbul fil-pjan ta’ salvataġġ li ħadet Spanja għas-settur bankarju.

Sors intern tal-Kummissjoni qal li l-biċċa l-kbira tal-membri tal-Kummissjoni ġejjin mill-familja tal-partiti DemoKristjani, l-istess partit li qed jiggverna lil Spanja. Il-Ministru tal-Finanzi Ġermaniż Wolfgang Schäuble ukoll jagħmel parti mill-familja ta’ dan il-partit. Is-sors qal li l-Kummissjoni ma kinitx ħarxa fil-kritika tagħha lejn Spanja. L-istess għamel Schäuble.

 

IL-PAJJIŻI AFRIKANI MA JRIDUX IMMIGRANTI F’PAJJIŻHOM

Tliet ġimgħat biss qabel il-konferenza li se ssir il-Belt Valletta dwar il-kriżi tal-immigrazzjoni, diġa` qed joħorġu xi punti ta’ tilwim ...
Read More

IT-TURKIJA MHUX IMPRESSJONATA BIL-PROPOSTI EWROPEJ DWAR L-IMMIGRAZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ta’ azzjoni li ppreżentat lill-President Tork Erdogan dwar l-immigrazzjoni. Dan il-pjan jinkludi sensiela ta’ inizjattivi, bl-UE ...
Read More

ĊITTADINI EWROPEJ IRIDU JAGĦTU PROVA LI HUMA IMMIGRANTI LEGALI

Sabiex stat membru jipproteġi l-finanzi tiegħu, qabel ma jagħti l-benefiċċji soċjali lil ċittadini li ġejjin minn stati membri oħra, jista’ ...
Read More

JIPPERSISTU D-DIVERĠENZI BEJN IR-REĠJUNI

Id-differenzi soċjo-ekonomiċi u demografiċi bejn in-Nord u s-Sud tal-Unjoni Ewropea għadhom b’saħħtihom. Dan ħareġ minn studju ppubblikat mill-Eurostat u li ...
Read More

‘L-UE M’GĦANDHIEX TAPPLIKA BIL-GĦAMA REGOLI TA’ ‘ONE-SIZE FITS ALL’ FIL-QASAM TAL-KOMPETIZZJONI’

Fit-tmexxija tal-politika tal-kompetizzjoni l-Unjoni Ewropea m’għandhiex tapplika bil-għama regoli ta’ ‘one size fits all’ għax dan ikun ta’ detriment għall-pajjiżi ...
Read More

JISTGĦU JINTILFU 7 MILJUN TURIST

Proposta biex issir reviżjoni tax-xengen visa bħala miżura li tagħti spinta lis-settur turistiku ma ntlaqgħetx. Din il-proposta mhix qiegħda fuq ...
Read More

DAWK BI DĦUL BAXX L-AKTAR LI JBATU MINN MARD IKKAWŻAT MILL-ĦXUNA

Dawk is-saffi tal-popolazzjoni li għandhom dħul baxx huma l-aktar li jbatu mill-obesita` u huma l-aktar li jsofru minn mard ikkawżat ...
Read More

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW TAĦT PRESSJONI MINĦABBA L-INFLAZZJONI

F’Settembru l-Ewropa reġa’ kellha inflazzjoni negattiva ta’ -0.1%. L-inflazzjoni għal Awwissu kienet ta’ 0.1%. Jiġifieri f’Settembru fl-Unjoni Ewropea il-prezzijiet naqsu ...
Read More

SPANJA U L-KUMMISSJONI MA JAQBLUX DWAR ID-DEFIĊIT

Spanja ċerta li din is-sena se jkollha defiċit ta’ 4.2% fil-waqt li l-Kummissjoni temmen li Spanja se jkollha defiċit akbar ...
Read More

IL-ĠID TAL-FAMILJI ĠERMANIŻI

Il-ġid tal-familji Ġermaniżi qed jonqos. Minkejja li l-ekonomija Ġermaniża sejra tajjeb, jidher li l-Ġermaniżi mhux qed jibbenefikaw direttament minn dan ...
Read More

TILWIM FUQ IŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA

Iż-żieda fl-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa Tuneżin mingħajr dazju fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea se jaffettwa ħażin lis-settur Ewropew fejn il-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa qed ...
Read More

Il-GRUPP TAS-SOĊJALISTI U DEMOKRATIĊI – S&D

Il-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi huwa wieħed mill-gruppi politici fi ħdan il-Parlament Ewropew. Is-Socjalisti u Demokratici għandhom 191 membru u huwa ...
Read More

VINO VERITAS

Figuri li ppubblikat il-Kummissjoni Ewropa juru li l-ġabra tal-għeneb fl-Italja se taqbeż lil dik ta’ Franza. L-Italja se ssir l-ikbar ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment