Il-partit tal-lemin estrem Spanjol Vox irid jiddefendu l-Ewropa u n-nazzjonijiet tagħha minn dak li qed isejjaħ “globalizzazzjoni ta’ Merkel, Macron u Soros”.

Is-Segretarju Ġenerali ta’ VOX –    Javier Ortega Smith –  qed juża kliem li jixbaħ ħafna dak tal-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orbán.  Dawn isostnu li l-multikulturaliżmu qed jeqred ir-ruħ Ewropea.

Orban jgħid li ż-żieda fl-immigrazzjoni fl-Ewropa fl-aħħar snin hija kollha tort tal-Kummissjoni Ewropea u b’mod partikolari tal-President Jean Claude Juncker u ta’ George Soros.

Vox mhux ikkunsidrat bħala partit ‘anti-Ewropa’ bħal partiti oħra tal-lemin estrem f’pajjiżi oħra.

Madanakollu Ortega Smith ikkritika l-burokrazija eċċessiva tal-UE u rrefera għall-ostilita` li qed iħossu l-votanti kontra l-Istituzzjonijiet.

L-Istħarriġ pubbliku qed juri li fl-elezzjonijiet Vox mhux biss se jidħol fil-Parlament Spanjol iżda se jerbaħ ukoll siġġijiet fil-Parlament Ewropew. Mhux ċar ma’ liema grupp politiku se jingħaqdu. Din tkun l-ewwel darba wara erbgħin sena li partit tal-lemin estrem jerġa’ jidħol fil-Parlament Spanjol.

_0005_boeing-737-max-8

INKWIET GĦALL-BOEING 737

It-tip ta’ ajruplan Boeing 737 kien involut f’żewġ inċidenti fatali f’dawn l-aħħar ħames xhur. L-aħħar traġedja seħħet meta t-titjira 302 ...
Read More
_0007__mg_0839

FL-INTERESS TA’ GĦAWDEX DAQS TAL-PAJJIŻI L-KBAR

Alfred Sant qal li rridu niżguraw li d-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-Parlament Ewropew fil-ħames snin li ġejjin ikunu ta’ benefiċċju għal ...
Read More
_0006__mg_9871

IL-GWU FAVUR ŻJIEDA FIL-PAGA MINIMA FL-EWROPA

Il-GWU taqbel mal-proposta ta’ Alfred Sant li wasal iż-żmien li tiżdied il-paga minima fl-Ewropa. Delegazzjoni tal-GWU immexxija minn Josef Bugeja ...
Read More
_0004_huawei

IĊ-ĊINA ‘AVVERSARJU’ TAL-EWROPA

Iċ-Ċina qed tiġi kkonsidrata ‘avversarju’ mill-Kummissjoni Ewropea li qed thedded li tagħfas aktar fuq ir-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-investimenti fl-Ewropa ...
Read More
_0001_turkey

IT-TURKIJA TITBIEGĦED MIN-NATO

It-Turkija taħt Erdogan qiegħda titbiegħed kontinwament mill-Istati Uniti u in-NATO u tersaq aktar qrib ir-Russja. It-Turkija għadha membru tan-NATO imma ...
Read More
_0008__mg_0685

IR-RAĦĦALA JEĦTIEĠU APPOĠĠ SĦIĦ

Ir-raħħala Għawdxin u Maltin jeħtieġu appoġġ sħiħ mill-Gvern biex ikun żgurat ħidmiethom fil-produzzjoni tal-ħalib. Ir-raħħala qed jaffaċċjaw kompetizzjoni żbilanċjata minn ...
Read More
_0000_vox

SPANJOLI ID F’ID MA’ ORBAN

Il-partit tal-lemin estrem Spanjol Vox irid jiddefendu l-Ewropa u n-nazzjonijiet tagħha minn dak li qed isejjaħ “globalizzazzjoni ta’ Merkel, Macron ...
Read More
_0002_tajani

TAJANI IFAĦĦAR LIL MUSSOLINI

Il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani qiegħed fil-mira tal-kontroverjsa minħabba kummenti dwar il-faxxist Benito Mussolini. Tajani qal li Mussolini wettaq affarijiet ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment