L-artist Għawdxi Christopher Saliba stieden lil Alfred Sant iżur il-Gallerija tal-Arti f’ART CUBE, fi Triq l-Imġarr ix-Xewkija Għawdex fejn jesebixxi x-xogħlijiet artistiċi tiegħu. Saliba bena reputazzjoni bħala wieħed mit-talenti awtentiċi li toffri l-gżira Għawdxija u minn dil-gżira qed ikollu suċċessi artistiċi u ekonomiċi bl-inizjattiva tiegħu li jiġbor ix-xogħlijiet tiegħu taħt saqaf wieħed.

“L-artisti Għawdxin jistħoqqilhom inkoraġġament biex jesebixxu x-xogħlijiet artistiċi tagħhom fl-Ewropa. It-toroq kollha li joħolqu opportunitajiet għal artisti li jgħixu fuq gżira fil-periferija tal-Ewropa għandhom jiġu kkonsidrati,” qal Alfred Sant.

Christopher Saliba kien wieħed minn erba’ artisti Għawdxin li f’Marzu li għadda ġew mistiedna mill-Ewroparlamentari Malti biex  jesebixxu xogħlijiet artistiċi dwar ir-realtajiet u l-aspirazzjonijiet Għawdxin fil-Parlament Ewropew.

Alfred Sant qal li l-esebizzjoni ‘Għawdex Iħaddan il-Bidla’ kienet waħda mill-isbaħ esperjenzi tiegħu fil-Parlament Ewropew.

Chris Saliba qal li l-fatt li artisti Għawdxin ġejjin minn gżira żgħira u fil-periferija tal-kontinent Ewropew, jixprunahom biex ikunu aktar kreattivi.

ENERĠIJA AMERIKANA FLOK DIK RUSSA

L-UE u l-Istati Uniti qablu li jżidu l-kooperazzjoni fis-settur tal-enerġija, l-aktar billi tiżdied l-importazzjoni tal-LNG Amerikan fl-Ewropa u għalhekk titnaqqas ...
Read More

PROPOSTI TA’ ALFRED SANT FAVUR L-INTRAPRIŻI Ż-ŻGĦAR FL-UE ADOTTATI FL-ECON

Il-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew (ECON) adotta bosta miżuri proposti mill-MEP Malti Alfred Sant li emendaw il-proposti tal-Kummissjoni ...
Read More

GĦAJNEJN L-EWROPA FUQ IL-GREĊJA

Il-Kummissjoni Ewropea se ssegwi mill-qrib il-politika fiskali tal-Greċja u ssegwi l-wegħdiet ta' dan il-pajjiż hekk kif fl-20 ta’ Awwissu jintemm ...
Read More

KOOPERAZZJONI AKBAR MAN-NATO

L-UE qed taħdem favur aktar kooperazzjoni man-NATO fil-qasam tal-mobilita` militari permezz ta’ pjan ta’ azzjoni u proġett strutturat ta’ kooperazzjoni ...
Read More

KOOPERAZZJONI AĦJAR BEJN L-UE U L-EĠITTU

Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE u l-Politika ta’ Sigurta` Federica Mogherini u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Eġizzjan Sameh Shoukry qablu li ...
Read More

SPANJA L-AKTAR POPOLARI MAL-IMMIGRANTI

Minn Ġunju l-Punent tal-Mediterran sar l-aktar rotta popolari għal immigrazzjoni irregolari lejn l-Ewropa. Skont l-aġenzija Ewropea tal-Fruntieri u l-Għassa tal-Kosta ...
Read More

STORJA TA’ SUĊĊESS

L-artist Għawdxi Christopher Saliba stieden lil Alfred Sant iżur il-Gallerija tal-Arti f’ART CUBE, fi Triq l-Imġarr ix-Xewkija Għawdex fejn jesebixxi ...
Read More

L-AŻERBAJĠAN EQREB LEJN L-UE

L-UE u l-Ażerbajġan se jiffokaw fuq erba’ oqsma ta’ kooperazzjoni. L-ewwel qasam huwa t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u governanza tajba, speċjalment fil-ġlieda ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment