Tnax-il pajjiż membru tal-UE, inkluż Malta, iddikjaraw li l-istrateġija għat-tkabbir tal-UE għandha tibqa’ mmexxija minn proċess u mhux minn data, għalkemm data isservi ta’ inkoraġġiment.  Dawn kienu qed jirreferu għall-applikazzjoni tas-Serbja u tal-Montenegro li jixtiequ jsiru membri sħaħ tal-UE. Din il-komunikazzjoni lill-UE kienet immexxija mill-Italja imma ffirmata wkoll minn Malta, Awstrija, Repubblika Ċeka, Estonja, Ungerija, Irlanda, Latvja, Litwanja, Polonja, Slovakkja u Slovenja.

Franza topponi wkoll din l-għaġġla u ma tixtieqx torbot l-Unjoni b’data.

L-Istati Membri tal-UE jixtiequ li l-Kummissjoni Ewropea jkollha strateġija għar-reġjun kollu tal-Balkani li jkopri s-sitt stati Balkani kollha għat-tkabbir li jmiss tal-Unjoni u mhux biss lill-pajjiżi li l-aktar għamlu progress fin-negozjati bħas-Serbja u l-Montenegro. L-istati membri jridu strateġija waħda għas-Serbja, il-Montenegro, Bosnja u Herzegovina, Kosovo, l-Albanija, u l-Maċedonja.

Numru ta’ stati membri ma jixtiqux li tingħata data lill-pajjiżi fin-negozjati tas-sħubija li qegħdin avvanzati biex isiru membri sħaħ tal-Unjoni Ewropea. Issemmiet is-sena 2025 bħala data kredibbli biex is-Serbja u l-Montenegro jissieħbu fl-Unjoni.

SPJUNAĠĠ FUQ IL-BAĦAR

L-Aġenzija tal-ħarsien tal-fruntieri FRONTEX se żżid l-ispjunaġġ fuq il-baħar permezz ta’ operazzjoni ġdida  ta’ spjunaġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran li se tintraċċa nies ...
Read More

MANIPOLAZZJONI TOTALI

Alfred Sant iddeskriva r-rapport tad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Malta bħala ‘manipolazzjoni totali’. Dr Sant qal dan waqt dibattitu dwar il-liberta` ...
Read More

STRATEĠIJA GĦALL-BALKANI KOLLHA

Tnax-il pajjiż membru tal-UE, inkluż Malta, iddikjaraw li l-istrateġija għat-tkabbir tal-UE għandha tibqa’ mmexxija minn proċess u mhux minn data, ...
Read More

TAL-VISEGRAD KONTRA KOSTITWENZA EWROPEA

Il-pajjiżi tal-Visegrad - Ungerija, Polonja, Repubblika Ċeka u Slovakkja - tkellmu kontra l-prinċipju ta’ lista ‘transnazzjonali’ għall-elezzjonijiet Ewropej 2019. Din ...
Read More

ORBAN FITTEX ALLEAT FIL-KANĊILLIER AWSTRIJAK

L-immigrazzjoni kienet iċ-ċentru tat-taħditiet bejn il-Prim Ministru tal-Ungerija Viktor Orban u l-Kanċillier Awstrijak Sebastian Kurz. Orban żar Vjenna f’attentat li ...
Read More

BULLMAN FLOK PITTELLA SAL-4 TA’ MARZU

Il-mexxej tal-S&D tal-Parlament Ewropew, Gianni Pittella, ħabbar li s-soċjal-demokratiku Udo Bullman se jkun il-mexxej temporanju ta’ dan il-grupp politiku sal-ħadd ...
Read More

5% ŻIEDA FIL-PAGA MINIMA

Vladislav Goranov, li ppreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ekonomija u l-finanzi, ma rreaġixxiex għall-proposta ta’ Alfred Sant biex il-paga ...
Read More

TRASPORT FIL-PERIFERIJA TAL-UE

L-UE għandha tiggarantixxi trasport bi prezzijiet raġjonevoli fir-reġjuni kollha tagħha, speċjalment f’dawk insulari, fil-periferija u f’reġjuni b’popolazzjonijiet żgħar fl-Unjoni. Dan ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment