Il-President tas-Serbja Aleksandar Vučić talab lill-istati Balkani l-oħra jsolvu d-differenzi u joħolqu suq komuni bejniethom biex jattiraw l-investiment dirett barrani.

Il-kunflitt bl-armi fil-Balkani intemm aktar minn 18-il sena ilu iżda l-istati li kienu jifformaw il-Jugoslavja – Bosnia-Herzegovina, Maċedonja, Montenegro, Kosovo u Serbja –għadhom jitlewmu bejniethom speċjalment minħabba l-fruntieri ta’ pajjiżhom.

Dawn l-istati kollha, u magħhom l-Albanija, qed jaspiraw li jsiru membri tal-Unjoni Ewropea. L-UE talbithom jirranġaw ir-relazzjonijiet ta’ bejniethom qabel jissieħbu magħha. Iżda minn dan il-lat ftit sar progress.

Fil-belt medjevali ta’ Mostar fil-Bosnija-Herzegovina Aleksandar Vučić qal li jeħtieġ li s-sitt pajjiżi jaħdmu aktar flimkien biex joħolqu ambjent aħjar għall-investiment.

“Maqsumin fi stati żgħar u fi swieq iżgħar, ma għandna xejn lejn xiex naspiraw. L-uniku tama li għandna biex nilħqu mal-kumplament tad-dinja huwa li fil-futur noħolqu suq akbar. Suq ta’ dan it-tip jista’ jattira aktar investituri, joħloq l-impjiegi u proġetti akbar u jiġġenera tkabbir u żvilupp.” qal Vučić.

Vučić jemmen li l-kooperazzjoni ekonomika tgħin fl-istabilita` u l-paċi tar-reġjun, fejn it-tensjonijiet etniċi għadhom iservu ta’ ostaklu għall-progress ekonomiku.

L-idea ta’ suq komuni fil-Balkani jfisser li jitneħħew l-ostakli għall-kummerċ, idea li l-Kummissjoni Ewropea ilha tisħaq dwarha għal ħafna snin. L-Unjoni Ewropea qed tittama li jintlaħaq ftehim fis-summit tat-12 ta’ Lulju fl-Italja u jinħoloq suq ħieles bejn l-istati Balkani fi żmien sena.

APPOĠĠ LILL-GŻEJJER U R-REĠJUNI FIL-PERIFERIJA TAL-UE

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant ivvota favur riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li titlob għal kunsiderazzjoni akbar ta’ ċerti karatteristiċi ...
Read More

FERMENT KONTRA ORBAN

Eluf ħonqu l-pjazez ta’ Budapest fi tmiem il-ġimgħa jitolbu li jerġgħu jingħaddu l-voti wara li Victor Orban rebaħ l-elezzjoni fl-Ungerija ...
Read More

25,300 TILFU ĦAJJITHOM FIT-TOROQ TAL-EWROPA FL-2017

Madwar 25,300 persuna tilfu ħajjithom fit-toroq tal-Ewropa fl-2017. Dan juri tnaqqis ta’ 2% fuq 2016. Fl-2016 kien ġie reġistrat tnaqqis ...
Read More

INĊIDENT TERRORISTIKU KULL SITT IJIEM FL-EWROPA

Fl-2017 seħħ inċident terroristiku kull sitt ijiem fl-Ewropa. Huwa stmat li fl-Ewropa hawn bejn 50,000 u 70,000 individwi radikalizzati, 20,000 ...
Read More

KUMMERĊ MAL-ISTATI UNITI U Ċ-ĊINA

Id-diskussjonijiet tal-UE mal-Istati Uniti dwar il-kummerċ mexjin b’ritmu tajjeb. L-UE tinsab f’taħdidiet mal-Istati Uniti biex tipprova tevita t-tariffi fuq l-importazzjoni ...
Read More

SUQ KOMUNI GĦALL-ISTATI BALKANI

Il-President tas-Serbja Aleksandar Vučić talab lill-istati Balkani l-oħra jsolvu d-differenzi u joħolqu suq komuni bejniethom biex jattiraw l-investiment dirett barrani ...
Read More

TĦASSSIB DWAR L-EWWEL IMPJANT NUKLEARI TAT-TURKIJA

Ġimgħa wara li nbeda x-xogħol ta’ kostruzzjoni fl-ewwel power station nukleari fit-Turkija, mibnija mir-Russi, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda f’kuntatt mal-awtoritajiet Torok ...
Read More

IL-MAROKK F’INIZJATTIVA DWAR L-ILMA U L-IKEL FIL-MEDITERRAN

Il-Marokk sar parti formali minn inizjattiva  Ewro-Mediterranja favur soluzzjonijiet ġodda għal tmexxija sostenibbli tal-ilma u l-ikel fir-reġjun tal-Mediterran. Il-Marokk ingħaqad ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment