Il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani qiegħed fil-mira tal-kontroverjsa minħabba kummenti dwar il-faxxist Benito Mussolini. Tajani qal li Mussolini wettaq affarijiet tajbin għall-Italja. Huwa ġie ikkritikat bl-aħrax għat-tifħira lil Mussolini.
F’intervista fuq programm popolari tar-radju “La Zanzara” (in-nemusa), Tajani ġie ikkwotat li qal hekk: “Mussolini? Sakemm iddikjara gwerra kontra d-dinja, sakemm ingħaqad ma’ Hitler, sakemm daħħal liġijiet razzisti kontra l-Lhud, apparti l-qtil ta’ Matteotti ….. Mussolini ħadem ħafna biex ħa lura partijiet mill-Italja.”
“Wieħed irid ikun oġġettiv. Jien minix Faxxist, qatt ma kont, ma naqbilx mal-ħsibijiet politiċi ta’ Mussolini. Imma jekk irridu nkunu onesti ….bena t-toroq, pontijiet, bini ….. irranġa ħafna mill-Italja.”
Tajani ikkummenta ħafif ħafif fuq il-qtil tas-Soċjalista Taljan Giacomo Matteotti. Matteotti kien kritiku ewlieni ta’ Mussolini fil-Parlament Taljan fis-snin għoxrin. Mussolini kien ordna l-qtil ta’ Matteotti li nstab mejjet ġimgħat wara fl-imwarrab fejn remewh il-faxxisti Taljani wara li qatluh.
Il-Kap tas-Soċjalisti Ewropej Udo Bullman ikkritika bl-aħrax lil Tajani.
“Ma nistax nemmen li smajt. Kif jista’ President tal-Parlament Ewropew jitkellem hekk fuq dittatur faxxista? Hemm bżonn kjarifika!”
Tajani irreaġixxa billi qal li ġie miżinterpretat.
Ftit kienu impressjonat b’din id-dikjarazzjoni.

INKWIET GĦALL-BOEING 737
Read More

FL-INTERESS TA’ GĦAWDEX DAQS TAL-PAJJIŻI L-KBAR
Read More

IL-GWU FAVUR ŻJIEDA FIL-PAGA MINIMA FL-EWROPA
Read More

IĊ-ĊINA ‘AVVERSARJU’ TAL-EWROPA
Read More

IT-TURKIJA TITBIEGĦED MIN-NATO
Read More

IR-RAĦĦALA JEĦTIEĠU APPOĠĠ SĦIĦ
Read More

SPANJOLI ID F’ID MA’ ORBAN
Read More

TAJANI IFAĦĦAR LIL MUSSOLINI
Read More
Post a comment