Il-membri tal-PN fil-Parlament Ewropew ivvotaw favur riżoluzzjoni dwar it-taxxi fl-Unjoni Ewropea li tgħid ċar u tond li għandha titneħħa regola tal-unanimita` tal-istati membri tal-UE biex tittieħed deċiżjoni b’maġġoranza kwalifikata dwar il-politika tat-tassazzjoni. B’hekk tkun tista’ titwettaq l-armonizzazzjoni tat-taxxi fl-Ewropa li tmur kontra l-interessi ta’ Malta. Dan qalu Alfred Sant fil-programm REALTÀ fuq PBS li żvela li fit-13 ta’ Diċembru 2017 tal-PN  ivvotaw favur ir-riżoluzzjoni tat-TAXE Committee fil-vot finali. Klawżola li daħlet f’din ir-riżoluzzjoni tgħid li l-vot ta’ unanimita` dwar il-politika tat-tassazzjoni għandha titneħħa.

“Mill-membri tal-Partit Popolari Ewropew David Casa, Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech ivvotaw favur l-armonizzazzjoni tat-taxxi.” qal Alfred Sant lil Francis Zammit Dimech, li kien qed jirrappreżenta lill-PN fil-programm televisiv.

Alfred Sant qal li d-Delegazzjoni tal-Partit Soċjalista Malti ivvotat kontra din ir-Riżoluzzjoni.

“Zammit Dimech, Casa u Metsola ivvotaw favur l-armonizzazzjoni tat-taxxi. L-MEPs Laburisti Maltin kienu l-uniku tlieta mis-Soċjalisti li vvotaw kontra. Mill-popolari – intom ivvotajtu iva u kien hemm tlieta, erba’ ivvotaw kontra fosthom iċ-Ċiprijott Lefteris Christoforu u kien hemm anki Brian Hayes, Eks Ministru tal-Finanzi Irlandiż li astjena.”

PRIJORITÀ : IS-SOVRANITÀ TAT-TASSAZZJONI

Fil-mandat li ġej tal-Parlament Ewropew, se jiżdiedu l-isforzi favur bidliet fil-politika Ewropea li jpoġġu limiti ġodda fuq kif il-pajjiżi membri ...
Read More

LARA COMI AKKUŻATA B’TANĠENTI FL-ITALJA

Lara Comi, l-MEP Taljana ta’ Forza Italia tinsab akkużata bit-tanġenti u b’korruzzjoni fl-Italja. Comi hija ħabiba kbira ta’ David Casa, ...
Read More

CORBYN: IL-LABOUR JERĠA’ JGĦAQQAD IL-BRITTANIĊI

Jeremy Corbyn qal li l-labour Ingliż huwa l-uniku partit li jerġa’ jgħaqqad lil Brittaniċi. Waqt li nieda l-kampanja tal-partit tiegħu ...
Read More

TAL-PN FAVUR L-ARMONIZZAZZJONI TAT-TAXXI

Il-membri tal-PN fil-Parlament Ewropew ivvotaw favur riżoluzzjoni dwar it-taxxi fl-Unjoni Ewropea li tgħid ċar u tond li għandha titneħħa regola ...
Read More

VERDETT FUQ MACRON

Fi Franza l-partiti politiċi qed joħorġu numru rekord ta’ kandidati iżda l-Franċiżi għadhom kemmxejn indifferenti għal kampanja elettorali. Skont l-istħarriġ ...
Read More

AKTAR SPAZJU GĦALL-ARTISTI MALTIN FL-EWROPA

L-artisti Maltin u Għawdxin jistgħu u għandhom jipprovaw isibu aktar spazju biex il-kreazzjonijiet tagħhom isiru magħrufa aħjar fl-Ewropa għax it-talent fostna ...
Read More

POLITIKA LI TIŻGURA L-ĦARSIEN TAL-ĦADDIEMA

Malta għandha tħaddan is-sejħa tas-Soċjalisti Ewropej favur aktar Ewropa soċjali biex l-ugwaljanza u l-ġustizzja fl-Ewropa jingħataw prijorita`. Il-problema fundamentali hi li ...
Read More

L-ITALJA LESTA TIKSER IR-REGOLI FINANZJARJI EWROPEJ

Il-finanzi pubbliċi tal-Italja iddeterjoraw sew u se jkunu qed jiksru r-regoli Ewropej sakemm Ruma ma tbiddilx il-politika tagħha. Iżda t-tmexxija ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment