Manfred Weber għandu l-appoġġ tal-PN biex ineħħi l-politika  ta’ unanimità fil-Kunsill Ewropew dwar il-politika ta’ tassazzjoni tal-istati membri tal-UE. Din hija ta’ detriment għall-interessi nazzjonali ta’ Malta. Fil-leġislatura li għaddiet Casa, Metsola u Zammit diġà qablu u ivvotaw favur din il-proposta. Weber reġa’ ġedded dil-proposta waqt id-dibattitu għall-ħatra ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea.

Meta kien qed jitkellem f’attivita` politika fil-Mosta, Alfred Sant qal li Casa, Metsola u Zammit Dimech diġà ivvotaw favur il-pożizzjoni ta’ Weber biex ma tibqax unanimità dwar il-politika tat-tassazzjoni tal-istati membri tal-UE. L-appoġġ tad-Deputati Nazzjonalisti għall-proposta ta’ Weber tkisser il-kompetittività fil-politika tat-tassazzjoni ta’ pajjiżna li ġibdet lejn Malta operaturi tas-servizzi finanzjarji li bejniethom qed iħaddmu aktar minn 20,000 impjegat.

“Inuti jinfexxu jgħajruni personalment għax kxifthom li ivvotaw li titneħħa l-unanimità biex tkun deċiża l-politika tat-tassazzjoni fl-UE. Fir-records tal-Parlament Ewropew hemm miktub bl-iswed fuq l-abjad li dawn it-tliet MEPs Nazzjonalisti ivvotaw favur il-linja tal-Kap tal-PPE. Dan għamluh fit-13 ta’ Diċembru 2017.  Ma jistgħux jiċħduh dan.”

Alfred Sant qal li jekk ikollu l-fiduċja tal-poplu fl-elezzjonijiet Ewropej, ikompli jipproteġi l-interessi sovrani ta’ Malta u Għawdex.

“Se nagħmel ħilti kollha biex Malta ma toqgħox għal deċiżjonijiet sfurzati fuq il-politika tat-tassazzjoni.  Ninsab determinat li jekk l-MEPs Nazzjonalisti jerġgħu jaħdmu kontra l-interessi ta’ Malta se nimxi magħhom bl-għajta bibblika Għajn għal għajn, sinna għal sinna.”

Fil-ħames snin li ġejjin irridu nkunu vuċi waħda fl-Ewropa. Bil-vot lill-kandidati Laburisti kollha rridu nagħtu sinjal lil Malta u lill-Ewropa li rridu niddefendu l-interessi ta’ Malta fl-Ewropa.

_0008_1img

VOT LABURISTA, VOT FAVUR IŻ-ŻGĦIR

Vot lill-kandidati tal-Partit Laburista fl-elezzjonijiet ta’ nhar is-Sibt huwa vot favur iż-żgħir, favur il-valuri li aħna nemmnu fihom bħala laburisti, ...
Read More
_0007_2_img

NURU LI AĦNA POPLU ĦANIN LI RRIDU PAJJIŻ AĦJAR, EWROPA AĦJAR

Fl-elezzjonijiet Ewropej irridu nagħtu sinjal ċar li rridu lil pajjiżna jitmexxa bil-valuri tal-ħelsien, tas-solidarjetà, tal-ġustizzja soċjali, tal-ugwaljanza, li ħadd mhu ...
Read More
_0001_gozo

FAVUR IL-VALURI, L-INTERESSI U L-BŻONNIJIET TA’ GĦAWDEX FL-EWROPA

Il-vuċi ta’ gżejjer żgħar għandu jkollha l-post tagħha fl-UE biex fil-ħames snin li ġejjin jinstabu soluzzjonijiet politiċi li jersqu lejn ...
Read More
_0000_pn-logo

TAL-PN MUTI DWAR IL-KUMMISSARJU ĠDID EWROPEW NOMINAT MINN MALTA

Diġa` għaddew ħmistax-il ġurnata u l-Partit Nazzjonalista għadu ma weġibx għall-mistoqsija ta’ Alfred Sant jekk hux se jappoġġja n-nomina tal-Kummissarju ...
Read More
_0004_kurz

VIDEO IWASSAL GĦAL ELEZZJONI BIKRIJA FL-AWSTRIJA

Video li juri lil mexxej tal-lemin estrem Awstrijak Heinz-Christian Strache ipartat kuntratti pubbliċi ma’ donazzjonijiet għal partit tiegħu wassal biex ...
Read More
_0005_6img_1

PRIJORITA` LILL-UGWALJANZA U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI

L-Ewropa għandha bżonn qalb li tħares lill-ħaddiema, lill-uliedhom, liż-żgħażagħ, lil dawk li qed jaħdmu bil-prekarjat, lill-anzjani, lil dawk l-aktar vulnerabbli ...
Read More
_0002_european-soldiers

L-UE TRID ISSAĦĦAĦ ID-DIFIŻA

L-UE wieġbet għall-akkużi tal-Istati Uniti li patt militari Ewropew ġdid jirriskja li jagħlaq il-kumpaniji Amerikani tal-proġetti ta' difiża tal-blokk u ...
Read More
_0003_weber-photo

TAL-PN JAPPOĠĠJAW LIL WEBER  BIEX TITNEĦĦA L-UNANIMITÀ DWAR TASSAZZJONI

Manfred Weber għandu l-appoġġ tal-PN biex ineħħi l-politika ta’ unanimità fil-Kunsill Ewropew dwar il-politika ta’ tassazzjoni tal-istati membri tal-UE. Din ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment