Waqt li l-Ungerija ressqet il-qorti għaxar immigranti li ppruvaw jidħlu fit-territorju tagħha, il-pajjiżi tal-Visegrad – il-Polonja, l-Ungerija, is-Slovakkja u r-Repubblika Ċeka – qalu wara s-summit ta’ Bratislava li ma jaqblux mal-politika tal-UE dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema u  tal-immigrazzjoni.  Il-PM Orban tal-Ungerija qal li s-Summit ta’ Bratislava  ma indirizzax il-kriżi tal-immigrazzjoni. Dan minkejja li kemm hu u kemm il-Prim Ministru Pollakka Beata Szydlo kienu ġew imwissija minn Donald Tusk biex f’ġieħ l-integrita` tal-UE ma jkomplux jattakkaw lil Brussell.

Il-pajjiżi tal-Visegrad tkellmu dwar it-tisħiħ tal-parlamenti nazzjonali tal-UE biex il-pajjiżi tal-Unjoni jkunu jistgħu jilleġiżlaw u jieħdu azzjoni aħjar. Huma jaħsbu li jeħtieġ li kull pajjiż iħossu komdu fl-UE. Għalhekk dawn il-pajjiżi qed jinsistu li l-integrazzjoni Ewropea hija proġett komuni u għalhekk in-negozjati kollha jridu jinvolvu u jkunu miftuħa għall-pajjiżi membri kollha.

Il-pajjiżi tal-Visegrad qablu mal-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża u mal-Politika ta’ Difiża u Sigurta` Komuni. Il-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru għandu jiddeċiedi dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan. Huma saħqu li l-UE għandha tikkomunika aħjar biex twassal liema huma l-benefiċċji tas-suq komuni u l-potenzjal li jġib miegħu l-moviment ħieles tal-ħaddiema. Huma jemmnu li s-suq komuni huwa ta’ benefiċċju għal kull pajjiż tal-UE. Huwa importanti li l-pubbliku jkun infurmat dwar ir-riżultati pożittivi tas-suq intern u fl-istess waqt isir infurzar tar-regoli tiegħu biex jitneħħa kull forma ta’ protezzjoniżmu.

 

TNAX-IL XAHAR DEĊIŻIVI GĦALL-UNJONI EWROPEA

Fid-diskors annwali tiegħu dwar l-‘Istat tal-Unjoni’ Jean-Claude Juncker qal lill-Parlament Ewropew li l-UE għandha żewġ toroq quddiemha– li tinħatt quddiem ...
Read More

TAL-VISEGRAD IRIDU SAĦĦA AKBAR GĦALL-PARLAMENTI NAZZJONALI

Waqt li l-Ungerija ressqet il-qorti għaxar immigranti li ppruvaw jidħlu fit-territorju tagħha, il-pajjiżi tal-Visegrad – il-Polonja, l-Ungerija, is-Slovakkja u r-Repubblika ...
Read More

L-EWROPA GĦANDHA TIPPROMOVI ĠUSTIZZJA SOĊJALI REALI

F’intervent waqt id-dibattitu dwar l-Istat tal-Unjoni, l-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew fi Strasburgu li l-politika tal-Unjoni Ewropea għandha ...
Read More

ARTIKLU 50 JIĠI ATTIVAT F’JANNAR/FRAR 2017

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk qal li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May mistennija tattiva artiklu 50, li permezz tiegħu jibdew ...
Read More

BIEX IL-POLONJA SSOLVI L-KRIŻI KOSTITUZZJONALI

Il-Parlament Ewropew esprima t-tħassib dwar il-paraliżi tat-Tribunal Kostituzzjonali fil-Polonja li qed jipperikola d-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-osservanza tal-liġi. Ir-riżoluzzjoni għaddiet ...
Read More

BARROSO INVESTIGAT

Wara l-ittri li rċieva mingħand l-Ombudsman Ewropew Emily O’Reilly, il-President tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker fetaħ investigazzjoni fuq il-predeċessur tiegħu Jose` ...
Read More

FAVUR IL-PAGA MINIMA GĦALL-EWROPA KOLLHA

Kważi 40 sena wara li Malta lleġislat dwar il-paga minima, il-Parlament Ewropew irrakkomanda lill-istati membri paga minima minn tal-inqas 60% ...
Read More

L-OKTOBERFEST MAGĦNA

Kuntrarju għal dak li bosta jaħsbu, l-Oktoberfest hija l-kommemorazzjoni taċ-ċelebrazzjonijiet tat-tieġ bejn il-Prinċep Ludwig u l-Prinċipessa Therese von Sachsen-Hildurghausen li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment