Franza u l-Istati Uniti ma qablux dwar it-tassazzjoni fuq il-ġganti tal-Internet, minkejja li resqu lejn xulxin biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus f’laqgħa tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) f’Washington. Franza qed tipproponi li l-ġganti tal-Internet iħallsu it-taxxa fuq it-turnover.

Steven Mnuchin, Segretarju tal-Istat Amerikan iddeskriva t-taxxa li qed tipproponi Franza bħala ‘illoġika’. Mnuchin qal li l-kumpaniji Amerikani huma ntaxxati madwar id-dinja u b’modi differenti.

“Li ma rridux hu li kumpaniji internazzjonali jevitaw it-taxxa”. qal Mnuchin.

Bruno Le Maire, il-Ministru Franċiż, innota bi pjaċir il-progress li sar f’Washington u qal li Franza u l-Istati Uniti qablu li jaħdmu flimkien f’dan il-qasam.

“Aħna m’għandniex proposta ideali, imma waħda li tista’ tkun implimentata malajr kemm jista’ jkun”.

Pariġi u Berlin bdew offensiva fuq il-ġganti tal-internet bħal Google u Amazon li jiddependu fuq dħul minn stati tal-UE. L-inizjattiva tmexxiet minn Bruno Le Maire u ġiet ippreżentata lill-Ministri tal-Finanzi tal-UE biex it-taxxa tkun fuq it-turnover. Bħalissa gruppi teknoloġiċi Amerikani bħal Apple u Facebook huma ntaxxati fl-Ewropa fuq il-profitti li jagħmlu u mhux fuq il-dħul.

EWROPA FEDERALI TITFI L-VUĊI TA’ STATI MEMBRI ŻGĦAR

Id-dilemma ta’ stati membri żgħar fil-periferija tal-UE bħal Malta, Ċipru, l-Irlanda u d-Danimarka hija li waqt li hu fl-interess tagħhom ...
Read More

TASSAZZJONI : PARIĠI U WASHINGTON MA JAQBLUX DWAR IL-ĠGANTI TAL-INTERNET

Franza u l-Istati Uniti ma qablux dwar it-tassazzjoni fuq il-ġganti tal-Internet, minkejja li resqu lejn xulxin biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus ...
Read More

IR-RENJU UNIT IĦEJJI FTEHIMIET TA’ KUMMERĊ MA’ PAJJIŻI OĦRA

Ir-Renju Unit qed iħejji strateġija biex jidħol fi ftehimiet ta’ kummerċ ma’ pajjiżi oħra f’każ li ma jsirx ftehim tajjeb ...
Read More

IKLA GĦALL-VISEGRAD QABEL IS-SUMMIT

L-erba’ mexxejja tal-pajjiżi tal-Visegrad – Polonja, Ungerija, Repubblika Ċeka u Slovakkja – kienu mistiedna għall-ikel fi Brussell, eżatt qabel is-summit ...
Read More

AKTAR ŻMIEN GĦALL-KUMPANIJI TAL-ASSIGURAZZJONI

Il-Kumitat tal-Ekonomija u l-Finanzi tal-Parlament Ewropew (ECON) ivvota favur emendi li jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea biex tipposponi d-data tal-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Assigurazzjoni ...
Read More

X’JISTENNEW L-GĦAWDXIN MILL-EWROPA?

L-investiment f’Għawdex, il-ħolqien tax-xogħol, il-konnettivita` bejn Għawdex, Malta u l-kontinent Ewropew, fost suġġetti oħra, se jkunu diskussi bejn Alfred Sant ...
Read More

IĊ-ĊEKI MA JRIDUX L-EWRO

L-elezzjonijiet fir-Repubblika Ċeka fl-20 u l-21 ta’ dan ix-xahar se jiddiżappuntaw lill-President tal-KE Juncker li saħaq li jixtieq lill-istati membri ...
Read More

200,000 IMMIGRANT GĦALL-ĠERMANJA

Il-Ġermanja se tibda tieħu 200,000 immigrant fis-sena. Dan minkejja li l-pajjiż diġa` laqa’ miljun refuġjat fl-2015. Il-Partit Demokristjan ta’ Angela ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment