L-Ewropa qed issir aktar dipendenti mir-Russja għall-gass. L-industrija tal-gass Russa Gazprom qalet li għas-sena 2017 għamlet konsenji rekord li jlaħħqu l-193.9 biljun metru kubu ta’ gass lejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija. Il-persentaġġ huwa 8% aktar minn dak tas-sena 2016 li kienet sena rekord oħra għal bejgħ tal-gass mir-Russja.

Dawn ir-riżultati mhumiex biss suċċess ekonomika għall-kumpanija, iżda huma wkoll rebħa politika fi żmien meta r-relazzjonijiet diplomatiċi tal-UE mar-Russja huma bierda ħafna.

Iċ-ċifri juru li d-domanda mill-Ewropa qed tikber. Il-konsenji lejn il-Ġermanja u l-Awstrija laħqu livelli rekord u l-konsenji għal Franza żdiedu b’6.7% meta kkomparat mal-2016.

Fost ir-raġunijiet li qed iġiegħlu lill-pajjiżi Ewropej jixtru aktar gass mir-Russja huma l-prezz kompetittiv tal-gass mir-Russja, ix-xtiewi kesħin u l-għeluq ta’ power stations nukleari fil-Ġermanja.

L-Industrija Russa qed tkabbar l-infrastruttura u żżid il-pajpijiet biex tesporta l-gass lejn in-nazzjonijiet Ewropej tas-sud tal-Ewropa, aktar pajpijiet lejn it-Turkija u lejn l-Istati Baltiċi. L-Unjoni Ewropea qed tirreżisti dawn il-proġetti. Brussell tixtieq tnaqqas id-dipendenza tal-gass u għandha l-mira li tgħin lill-istati membri jużaw sorsi differenti tal-enerġija. Iżda s’issa d-dipendenza fuq il-gass li ġej mir-Russja żdiedet mhux naqset tant li terz tal-gass li jintuża fl-Ewropa ġej mir-Russja.

 

ANQAS SIĠĠIJIET FIL-PARLAMENT EWROPEW

In-numru ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew mistenni jonqos għal 705 mis-751 siġġu tal-lum. Dan se jsir fuq suġġeriment tal-Kumitat Parlamentari Ewropew ...
Read More

 MHUX KREDIBBLI MILL-BIDU SAL-AĦĦAR

Alfred Sant qal li l-eżerċizzju tal-Parlament Ewropew biex “jinvestiga” l-istat tad-dritt f’Malta baqa’ mhux kredibbli mill-bidu sal-aħħar. Il-ħidma tad-delegazzjoni tal-Parlament ...
Read More

TERZ TAL-GASS FL-EWROPA ĠEJ MIR-RUSSJA

L-Ewropa qed issir aktar dipendenti mir-Russja għall-gass. L-industrija tal-gass Russa Gazprom qalet li għas-sena 2017 għamlet konsenji rekord li jlaħħqu ...
Read More

DISA’ PAJJIŻI MSEJĦA BRUSSELL MINĦABBA L-KWALITA` TAL-ARJA

Il-kwalita` tal-arja fl-Unjoni Ewropea trid titjieb b’mod urġenti. Minħabba f’hekk il-Ministri tal-Ambjent ta’ 9 stati membri ssejħu Brussell mill-Kummissarju tal-Ambjent ...
Read More

MIL-LISTA S-SEWDA GĦAL-LISTA L-GRIŻA

L-Unjoni Ewropea neħħiet tmien pajjiżi terzi minn fuq “il-lista s-sewda” tagħha: Barbados, Grenada, Korea ta’ Fuq, Macau, Mongolia, Panama, Tuniżija ...
Read More

INĠUSTIZZJA MAL-BULGARIJA

Il-Bulgarija u r-Romanija ddeskrivew bħala ‘inġust’ it-trattament li ngħataw dwar id-dħul tagħhom fix-Schengen. “Nemmnu li f’ċerti pajjiżi Ewropej, l-istati mhux ...
Read More

Il-PRIJORITAJIET TAL-KUMMISSJONI GĦALL-2018

Il-Kummissarji Ewropej qablu dwar il-prijoritajiet għal din is-sena li fiha se titkompla r-riforma tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, se jkomplu jissaħħu ...
Read More

GĦARFIEN AKBAR DWAR L-ISTATI FIL-PERIFERIJA TAL-EWROPA

Il-Presidenza Bulgara tal-UE tista’ tagħti aktar importanza lill-istati tal-periferija tal-Ewropa flimkien mal-prijorita` li qed tagħti lit-tisħiħ tar-relazzjonijiet reġjonali tal-Balkani. L-inklużjoni ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment