F’dibattitu plenarju straordinarju, ll-Parlament Ewropew iddiskuta l-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew tas-17 sal-21 ta’ Lulju 2020 u adotta riżoluzzjoni dwar il-baġit Ewropew għas-seba’ snin li ġejjin u dwar il-Pjan ta’ Rkupru għall-Ewropa.

Alfred Sant ivvota favur ir-riżoluzzjoni iżda ddikjara li l-aġġustamenti li saru fil-baġit Ewropew għas-seba’ snin li ġejjin sabiex jinkiseb ftehim finali fil-Kunsill idgħajfu serjament il-koerenza tal-baġit innifsu.

Minkejja n-negozjati fit-tul, il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ma tawx tweġiba Ewropea xierqa u sodisfaċenti għall-kriżi ekonomika li tirriżulta mill-pandemija tal-Covid-19 u l-istrateġiji varji li l-UE teħtieġ issegwi sabiex ma tibqax tkarkar wisq wara l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Min-naħa l-oħra, is-sehem mill-baġit li ġie allokat lil Malta kien tajjeb ħafna u laħaq l-aqwa aspettattivi tagħna.

Alferd Sant qal li, lil hinn mid-diverġenzi ekonomiċi u soċjali li kibru f’dawn l-aħħar snin, id-diverġenzi politiċi li jiddefinixxu r-realtà Ewropea issa telgħu fil-wiċċ.

Huwa kważi impossibbli li tifhem kif u għaliex oqsma bħas-saħħa, ir-riċerka u l-appoġġ lill-kumpaniji għandhom ikunu soġġetti għal amputazzjoni brutali. L-unika raġuni biex tappoġġja l-ftehim milħuq hija għaliex mingħajr ebda ftehim, l-affarijiet ikunu ferm agħar.


Concern about agreed EU budget and Recovery Fund

In an extraordinary plenary debate, MEPS discussed the conclusions of the extraordinary European Council meeting of 17-21 July 2020 concerning the budget of the EU and adopted a resolution on the Multiannual Financial Framework, and a Recovery Plan for Europe.

Alfred Sant voted in favour of the resolution but stated that the adjustments made to the budget to achieve a final agreement in Council seriously undermine the coherence of the EU budget.

Despite the protracted haggling, the conclusions of the European Council meeting have not delivered a satisfactory European response to the economic crisis resulting from the coronavirus pandemic and the various strategies that the EU needs to follow in order not to lag too far behind the US and China.

On the other hand, the share of the budget that has been allocated to Malta was very good and reached our best expectations.

Alfred Sant said that, beyond the economic and social divergences that have grown in recent years, the political divergences that define the European reality have now come into open display.

It is almost impossible to understand how and why areas like health, research and support to companies should be subjected to a brutal amputation. The only reason to support the agreement reached is because without any agreement at all, things would be much worse.

 

Tħassib dwar il- Baġit u l-Fond ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea

F'dibattitu plenarju straordinarju, ll-Parlament Ewropew iddiskuta l-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew tas-17 sal-21 ta’ Lulju 2020 u adotta riżoluzzjoni dwar ...
Read More

It-trasparenza finanzjarja hija essenzjali għall-ġustizzja soċjali

Meta spjega l-vot tiegħu, Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li diversi skandli finanzjarji urew kif it-trasparenza hija essenzjali għall-ġustizzja soċjali ...
Read More

M’hemm l-ebda ktieb tar-regoli dwar is-saltna tad-dritt fl-UE

Fi stqarrija waqt dibattitu plenarju, Alfred Sant qal li l-valutazzjonijiet jibqgħu dipendenti fuq kriterji politiċi suġġettivi li jistgħu ma jiġux ...
Read More

Iċ-ċittadini għandhom ikunu fuq quddiem fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa ser tkun organizzata mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea u kienet mistennija tibda f'Mejju 2020 u ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment