Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li se tadatta r-regoli tal-Kodiċi tax-Schengen biex iwieġbu aħjar għat-theddid dwar is-sigurta` li qed jaffaċċjaw numru ta’ stati membri. Minħabba t-talbiet ta’ stati membri bħal Franza u l-Ġermanja, il-Kummissjoni qablet li tirrevedi r-regoli. L-istati membri se jitħallew jagħmlu kontrolli temporanji fuq il-fruntieri tagħhom għal perijodu ta’ sena (bħalissa l-kontrolli għandhom limitu ta’ żmien ta’ sitt xhur). Dan il-perijodu jista’ jiġġedded għal sentejn oħra.

B’din il-proposta, jekk tikseb kunsens kif inhi fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u fil-Parlament Ewropew, l-istati membri jkunu jistgħu jagħmlu l-kontrolli sa massimu ta’ tliet snin. Taħt ir-regoli attwali l-kontrolli jistgħu jsiru biss sa perijodu massimu ta’ sentejn.

Il-proposta tal-Kummissjoni ma rriflettitx eżatt it-talba ta’ xi stati membri. Franza, flimkien mal-Ġermanja, Svezja, Danimarka u Awstrija qed jagħmlu kontrolli temporanji fuq il-fruntieri tagħhom. F’ittra lill-Kummissjoni xtaqu jestendu l-kontrolli għal perijodu ta’ erba’ snin minħabba t-theddid tat-terroriżmu.

Il-Kummissarju Ewropew tal-Affarijiet Interni Dimitris Avrampoulos qal li din ir-riforma ma tfissirx it-tmiem taż-żona ħielsa, anzi r-riforma ssaħħaħ lix-Schengen quddiem ċertu theddid.

Ir-riforma għad trid tiġi eżaminata mill-Kunsill u mill-Parlament u taf tieħu x-xhur biex tiġi implimentata. Intant pajjiżi bħall-Awstrija, Danimarka, Ġermanja, Svezja u Norveġja jridu jsibu soluzzjoni oħra għal kontrolli għaliex f’Novembru jiskadilhom iż-żmien u ma jistgħux iġeddu l-permess aktar biex iwettqu l-kontrolli fuq il-fruntieri tagħhom. Mhux eskluż li dawn il-pajjiżi jkollhom jużaw bażi legali oħra biex ikunu jistgħu jibqgħu għaddejjin bil-kontrolli.

 

L-ISTESS ŻARBUN GĦAL MALTA

Alfred Sant talab formalment lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkonsidra li ttawwal iż-żmien tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Assigurazzjoni bi tnax-il xahar, skont ix-xewqa tal-industrija ...
Read More

L-EWWEL INTOPPI GĦALL-FUTUR TAL-EWROPA

Fil-Ġermanja l-proċess għal formazzjoni ta’ koalizzjoni jaf jieħu x-xhur. Il-partiti ż-żgħar li magħhom se jkollha taħdem Angela Merkel għandhom ideat ...
Read More

IL-KATALONJA FIL-LIMBU

Ir-relazzjonijiet komplikati ta’ Spanja mal-Katalonja komplew sejrin fil-limbu hekk kif il-mexxej Katalan Carles Puigdemont ħabbar li l-Katalonja se tiddikjara l-indipendenza ...
Read More

MITT NEGOZJU BRITANNIKU JITOLBU TRANŻIZZJONI SA TLIET SNIN WARA L-BREXIT

Aktar minn mitt negozju attiv fir-Renju Unit, li jirrappreżentaw aktar minn 500, 000 impjieg fir-Renju Unit u aktar minn 600, ...
Read More

L-EWWEL KONKLUŻJONIJIET DWAR IT-TURKIJA GĦAL NOFS OTTUBRU

L-ewwel konklużjonijiet dwar is-sħubija tat-Turkija fl-UE mistennija joħorġu wara s-summit tal-mexxejja tal-istati membri tal-Kunsill tal-UE f’nofs Ottubru. Id-dibattitu dwar it-Turkija ...
Read More

BUDAPEST TWIEGĦED BATTALJA POLITIKA U LEGALI

L-Ungerija qalet li se tirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea dwar il-kwoti obbligatorji tal-immigranti iżda se tiġġieled din it-tip ta’ politika ...
Read More

TIBDIL FIR-REGOLI TAX-SCHENGEN

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li se tadatta r-regoli tal-Kodiċi tax-Schengen biex iwieġbu aħjar għat-theddid dwar is-sigurta` li qed jaffaċċjaw numru ta’ ...
Read More

IL-KE TRID ISSAĦĦAĦ IŻ-ŻONA EWRO

Il-Kummissarju tal-Ekonomija u l-Finanzi Pierre Moscovici ippreżenta l-isfidi li se taffaċċja ż-żona ewro fix-xhur li ġejjin. Moscovici esprima ruħu b’mod ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment