Il-Kummissjoni Ewropea għadha tittama li aktar tard din is-sena l-istati membri jaqblu mal-proposti tagħha biex ikun hemm mekkaniżmu permanenti għall-qsim tal-immigranti li jaslu fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Angela Merkel u François Hollande reġgħu saħqu li t-28 pajjiż tal-UE għandhom jaqsmu b’mod ġust bejniethom l-immigranti li jfittxu ażil. Merkel u Holland qablu li jitwaqqfu malajr iċ-ċentri fl-Italja u fil-Greċja biex janalizzaw l-immigranti li jaslu l-Ewropa.
Il-Ġermanja ssosspendiet ir-regoli ta’ Dublin għall-immigranti Sirjani. Issa l-Ġemanja mhux se tibgħat lill-immigranti Sirjani fl-ewwel art tal-UE li jkunu daħlu fiha. Il-KE qablet ma’ din il-mossa.
Fil-Mediterran eluf ta’ immigranti mil-Libja qed ikunu salvati mill-Italja u vapuri oħrajn li jinzertaw lill-immigranti jbaħħru bejn sema u ilma.
Is-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni fil-Balkani, speċjalment fil-Maċedonja li awtorizzat t-tfigħ tal-gass tad-dmugħ biex jikkontrollaw l-immigranti, ġiet diskussa fi Vjenna, fejn Merkel ressqet pjan ta’ azzjoni dwar l-għajnuna lill-istati tal-Balkani.
Il-President tal-KE Juncker se jressaq aktar proposti għal soluzzjoni għal din il-kriżi umanitarja fid-diskors tiegħu tad-9 ta’ Settembru fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu.
CYPRUS AIRWAYS UĠIGĦ TA’ RAS GĦALL‑KUMMISSJONI EWROPEA
Read More
TIGGRAVA L‑KRIŻI TAL‑IMMIGRAZZJONI FIL‑MEDITERRAN U FIL‑BALKANI
Read More
IR‑RIŻENJA TA’ TSIPRAS MA TTIĦDITX B’SORPRIŻA
Read More
‘M’HEMMX UNJONI EWROPEA, BLA RENJU UNIT’
Read More
L‑UNGERIJA TIPPROVA TEVADI T‑TRATTAT TA’ DUBLIN
Read More
F’LULJU BAQGĦET STABBLI R‑RATA TA’ INFLAZZJONI FIŻ‑ŻONA EWRO ‑ B’0.2%
Read More
MA JISTGĦUX JISTADU GĦAT‑TONN
Read More
STRESS TESTS GĦALL‑BANEK EWROPEJ
Read More
L‑UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA (EMU)
Read More
JHEDDU LI JWAQQFU S-SUSSIDJU LILL-EURONEWS
Read More
Post a comment