Il-Kummissjoni Ewropea aċċertat lill-Ewroparlamentari Alfred Sant li sabet soluzzjoni biex l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni (EUYO)  tibqa’ għaddejja bl-attivitajiet tagħha. Dan wara li l-UE kienet iddeċidiet li twaqqaf l-Orkestra f’Settembru minħabba nuqqas ta’ fondi. Dr Sant kien strumentali biex tkun rivokata d-deċiżjoni li ttieħdet f’Mejju u li permezz tagħha kienu se jinqatgħu l-fondi għall-Orkestra. Mużiċisti Maltin, li jagħmlu parti mill-Orkestra talbu lil Dr Sant biex jintervjeni għan-nom tagħhom biex il-Parlament Ewropew ibiddel din id-deċiżjoni. Dr Sant issieħeb ma’ għadd ta’ mużiċisti Maltin fl-20 ta’ Mejju quddiem it-Teatru Rjal, il-Belt Valletta li ma’ mużiċisti oħra madwar fi bliet Ewropej daqqew l-Innu Ewropew bħala turija ta’ solidarjeta` internazzjonali.

Dr Sant ħa l-inizjattiva biex jiġbor il-firem ta’ Ewroparlamentari oħra minn gruppi politiċi differenti fil-Parlament Ewropew. Dan biex jagħmel pressjoni fuq il-Kummissjoni Ewropea fuq din il-kwistjoni. Dr Sant staqsa lil Kummissjoni Ewropea li fid-dawl tal-fatt li l-Orkestra falliet fit-tentattiv li tikseb fondi fil-qafas tal-programm ta’ finanzjament tal-UE Ewropa Kreattiva, kellhiex pjanijiet biex tipprovdi sors alternattiv ta’ finanzjament sabiex tiżgura s-sopravivenza tal-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-UE. Tul is-snin l-Orkestra kienet ta’ suċċess billi ġabet flimkien żgħażagħ mit-28 Stat Membru tal-UE biex jesprimu l-unità Ewropea bl-espressjoni mużikali. Il-Mistoqsija Parlamentari ta’ Dr Sant kienet iffirmata minn 23 Ewroparlamentari minn gruppi politiċi differenti fosthom l-Ewroparlamentari Maltin Marlene Mizzi (S&D), Miriam Dalli (S&D) u David Casa (PPE).

Il-Kummissarju Tibor Navracsics qal lil Dr Sant li meta l-Kummissjoni saret taf bil-problemi finanzjarji li kienet għaddejja minnhom l-Orkestra, il-Kummissjoni sabet soluzzjoni li permezz tagħha l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea se tkun tista’ tissokta bl-attivitajiet tagħha. Il-Kummissjoni qalet li qed isserraħ fuq l-impenn tal-Orkestra f’dawn iż-żminijiet ta’ sfida biex tadatta l-attivitajiet tagħha sabiex jirriflettu aħjar ir-rwol “Ewropew” tagħha u biex ixxerred l-ispirtu Ewropew ta’ libertà, kreattività u ftuħ fl-Ewropa u għall-Ewropa.

 

FTIT SUSTANZA F’VENTOTENE

Lill-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi din il-ġimgħa rajnih jilqa’ lil Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel u lil President Franċiż Francois Hollande ...
Read More

SE JIRRIFLETTU DWAR IL-FUTUR TAL-EWROPA

Fis-16 ta’ Settembru l-kapijiet ta’ stat tas-27 pajjiż tal-UE se jiltaqgħu fi Bratislava biex ikomplu jirriflettu fuq il-politika Ewropea tal-futur ...
Read More

JEKK MHUX MILL-BIEB MIT-TIEQA

Din is-sena bil-baħar diġa` waslu 266, 524 immigrant fuq ix-xtut Ewropej.  3, 156 ma temmewx il-vjaġġ għax għerqu fl-ibħra tal-Mediterran ...
Read More

BIEX JAĊĊETTAW L-IMMIGRANTI JRIDU JIĦDULHOM 500,000 ROMA

L’uboš Blaha, Filosofu Marxist u membru parlamentari Slovakk qal li jekk l-Islovakkja għandha ġġorr il-piż tal-immigranti, mela l-kumplament tal-UE għandha ...
Read More

L-IMPATT INIZJALI TAL-BREXIT

Uffiċċjali tal-Bank Ċentrali Ewropew huma tal-fehma li l-impatt inizjali tal-Brexit se jinħass fil-limiti tar-Renju Unit stess għalkemm xorta għad hemm ...
Read More

RAJOY JIPPROVA JGĦAQQAD GVERN FI SPANJA

Mariano Rajoy se jipprova jikkonvinċi lil Parlament Spanjol biex jifforma gvern f’dibattitu li se jibda fit-30 ta’ Awwissu , wara ...
Read More

TINSTAB SOLUZZJONI GĦALL-ORKESTRA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ TAL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea aċċertat lill-Ewroparlamentari Alfred Sant li sabet soluzzjoni biex l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni (EUYO)  tibqa’ għaddejja bl-attivitajiet tagħha. Dan wara ...
Read More

XARABANK BLA XUFIER

Tiftakarhom il-karozzi li jimxu waħedhom, mingħajr xufier, forsi f’xi film tal-biża’ jew f’xi cartoons ta’ Scooby-doo? Fid-dinja teknoloġika tal-lum, il-karozzi ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment