L-Iżvizzera u l-UE għaddejjin b’diskussjonijiet biex ikomplu jsaħħu r-relazzjonijiet bilaterali f’oqsma ġodda, l-aktar fil-qasam tal-enerġija, saħħa pubblika, l-agrikoltura u drittijiet dwar servizzi ta’ trasport. Iż-żewġ naħat qed jinnegozjaw ukoll ftehim biex isaħħu l-aċċess eżistenti għas-suq waħdieni Ewropew u biex isiru ftehimiet oħra f’oqsma oħra.

L-Iżvizzera u l-UE għandhom aktar minn 120 ftehim bilaterali bejniethom li jiftħu aċċess għas-swieq taż-żewġ naħat. Ftehimiet bilaterali oħra huma dwar parteċipazzjoni tal-Iżvizzera f’forom differenti ta’ kooperazzjoni mal-UE bħal immigrazzjoni, l-ażil u s-sigurta`.

Aktar minn 1.4 miljun ċittadin tal-UE jgħixu fl-Iżvizzera waqt li kuljum 320,000 ċittadin mill-UE jivvjaġġaw lejn l-Iżvizzera

Id-diskussjoni dwar il-Brexit tefgħet dawl ġdid dwar ir-relazzjonijiet tal-UE ma’ stati li mhumiex membri sħaħ tal-UE. Il-metodu Żvizzeru ta’ kooperazzjoni settur b’settur, imsejjaħ ‘il-mod bilaterali’, qed jitqies bħala wieħed mill-mudelli tal-UE biex ikollha ‘partnership’ ma’ stati mhux membri tal-UE li jkun jaqbel għaż-żewġ naħat.

TISSAĦĦAĦ IL-PARTNERSHIP BEJN L-IŻVIZZERA U L-UE

L-Iżvizzera u l-UE għaddejjin b'diskussjonijiet biex ikomplu jsaħħu r-relazzjonijiet bilaterali f'oqsma ġodda, l-aktar fil-qasam tal-enerġija, saħħa pubblika, l-agrikoltura u drittijiet ...
Read More

IL-HOUSE OF COMMONS TIDDEĊIEDI FIL-11 TA’ DIĊEMBRU   

Il-Parlament Brittaniku se jkun qiegħed jiddeċiedi dwar il-ftehim li ntlaħaq dwar id-divorzju tad-29 ta' Marzu 2019 f'nofs ix-xahar id-dieħel, aktarx ...
Read More

‘NO COMMENT’

Kelliem għal Kummissjoni Ewropea u Kummissarju Ewropew għal Ġustizzja Vera Jourova għażlet li ma tikkummentax wara li Alfred Sant iddikjara ...
Read More

PROĊEDURI KONTRA L-ITALJA

Il-Kummissjoni Ewropea fetħet proċeduri dixxiplinari kontra l-Italja wara li l-Gvern Taljan irrifjuta li jippreżenta abbozz tal-baġit li jaqbel mar-regoli tal-UE ...
Read More

GRUEVSKI PROTETT FL-UNGERIJA

Nikola Gruevski, Ex-Prim Ministru tal-Maċedonja ikkundannat b’reati ta’ korruzzjoni f’pajjiżu, qed jingħata ażil politiku fl-Ungerija. Il-Kummissjoni Ewropea qed titlob spjegazzjoni ...
Read More

‘OPERAZZJONI SOPHIA’  FIL-PERIKLU

Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini qed titfa’ pressjoni fuq il-pajjiżi tal-UE biex isibu soluzzjoni fuq il-kwistjoni tal-inżul fil-portijiet ...
Read More

L-EBDA FTEHIM DWAR TAXXI GĦAS-SUQ DIĠITALI

Il-Kummissarju Ewropew għat-Tassazzjoni Pierre Moscovici qal li huwa improbabbli li jintlaħaq qbil dwar it-tassazzjoni għas-suq diġitali bejn il-kapijiet tal-pajjiżi tal-UE ...
Read More

BENEFIĊĊJI SOĊJALI GĦAR-REFUĠJATI KOLLHA

Ir-refuġjati huma intitolati għal benefiċċji soċjali ugwali, kemm jekk ikollhom permess ta' residenza permanenti u kemm jekk il-permess tagħhom ikun ...
Read More

 

Facebook Comments

Post a comment