It-tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi taż-żona ewro kollha se jkun pożittiv fl-2017 għall-ewwel darba mill-kriżi tal-2008. Dan ħareġ mit-tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea. Il-KE qed tirrakkomanda li l-ekonomija tibqa’ miexja fuq l-istess triq ta’ riformi. Dan minkejja l-inċertezzi li  jistgħu jġibu d-deċiżjonijiet ekonomiċi tal-amministrazzjoni ta’ Trump u r-riskji politiċi b’għadd ta’ elezzjonijiet fl-Olanda, Bulgarija, Franza, Ġermanja u forsi l-Italja.

Il-Kummissarju tal-Munita Ewro Valdis Dombrovskis qal li huwa importanti li r-riformi jkunu kostanti u li l-frott tat-tkabbir ikun mqassam b’mod ġust. Skont il-Kummissarju tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji Pierre Moscovici, l-effett pożittiv tat-tkabbir se jinħass permezz ta’ tnaqqis fir-rata tal-qgħad. Qal ukoll li l-konsum privat affettwa l-aktar it-tkabbir għax l-investiment għadu ma rkuprax sew. Id-differenza bejn stat u ieħor huwa konsiderevoli. L-akbar tkabbir mistenni jkun reġistrat fir-Rumanija (4.4%), il-Lussemburgu (4%) u Malta (3.7%). L-inqas rata ta’ tkabbir mistennija tkun reġistrata fl-Italja (0.9%).

ILMA FUQ IL-ĠAMAR

Il-Viċi President Amerikan Mike Pence ipprova jserraħ moħħ Donald Tusk u Jean-Claude Juncker fi Brussell li l-Istati Uniti hija determinata ...
Read More

TKABBIR EKONOMIKU POŻITTIV FL-2017

It-tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi taż-żona ewro kollha se jkun pożittiv fl-2017 għall-ewwel darba mill-kriżi tal-2008. Dan ħareġ mit-tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea ...
Read More

TRID TKUN IMĦARSA IS-SOVRANITA` TAL-ISTATI MEMBRI FIT-TASSAZZJONI

L-applikazzjoni tar-regoli tal-Għajnuna tal-Istat (State Aid Rules) tal-Unjoni Ewropea fil-politika tat-tassazzjoni tirbaħ fuq is-sovranita` li l-istati membri għad għandhom fit-tassazzjoni ...
Read More

IL-ĠERMANJA, L-ITALJA U FRANZA JRIDU PROTEZZJONI MILL-INVESTIMENT BARRANI

Il-Ġermanja, l-Italja u Franza jridu aktar protezzjoni f’setturi sensittivi f’pajjiżhom u li fihom qed jinvestu pajjiżi li mhumiex membri tal-UE ...
Read More

ID-DIVERĠENZI BEJN IL-KBAR U Ż-ŻGĦAR QED JIŻDIEDU

Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li r-regoli taż-żona ewro awtomatikament jagħtu vantaġġ lill-pajjiżi l-aktar b’saħħithom tal-UE bi skaptu tal-pajjiżi inqas ...
Read More

ĦIDMA DIPLOMATIKA MAL-ALĠERIJA U MAL-MAROKK 

L-UE kienet f’ħidma diplomatika mal-Alġerija u l-Marokk biex issaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali maż-żewġ pajjiżi tal-Magreb. Fit-13 ta’ Marzu se jiġi addottat ...
Read More

FAVUR FTUĦ TAN-NEGOZJATI TA’ SĦUBIJA GĦALL-ALBANIJA

Il-Parlament Ewropew b’546 vot favur, 85 kontra u 62 astensjoni, ta l-appoġġ tiegħu biex jibdew in-negozjati għas-sħubija tal-Albanija fl-UE, bil-kundizzjoni ...
Read More

AKTAR MINN SENTEJN GĦAD-DIVORZJU MAR-RENJU UNIT

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal li probabbilment hemm bżonn aktar minn sentejn għal qbil dwar il-miżuri li trid tieħu ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment